Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
►M4
Dan ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijet, l-applikazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ, il-verifika u l-akkreditament u l-kwistjonijiet relatati mal-konformità ma’ din id-Direttiva u t-trattament fiskali tal-kwoti, jekk ikun hemm minnhom.
◄ L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2005.
►M9
Ir-rapport għandu jitfassal fuq il-bażi ta' kwestjonarju jew ta' deskrizzjoni ġenerali li l-Kummissjoni tkun adottat fil-forma ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
◄ Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-ewwel rapport.