|
+Artikolu 27a 1. |
Artikolu 27a 1.L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-EU ETS installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 tunnellata ta' ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, f'kull sena mit-tliet snin qabel in-notifika taħt il-punt (a), dment li l-Istat Membru kkonċernat:
(a)
jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawk l-installazzjonijiet qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet skont l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata jew mhux aktar tard minn meta dik il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;
(b)
jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ simplifikati fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta' 2 500 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja;
(c)
jikkonferma li jekk kwalunkwe installazzjoni tkun is-sors ta' 2 500 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja, l-installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS; u
(d)
jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) disponibbli għall-pubbliku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|