Il-proposta għandha tinkludi wkoll, jekk ikun il-każ, kwalunkwe mizuri oħra meħtieġa biex jgħinu ħalli jintlaħaq it-tnaqqis obbligatorju konformement mal-paragrafu 1 b’mod trasparenti, bilanċjat u ġust u, partikolarment, miżuri ta’ implimentazzjoni li jipprovdu għall-użu ta’ tipi addizzjonali ta’ krediti ta’ proġetti minn operaturi
►M9
fl-EU ETS
◄ għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 11a jew l-użu minn operaturi bħal dawn jew mekkaniżmi oħra maħluqa konformement mal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, kif ikun meħtieġ mill-każ.