+Artikolu 28 Aġġustamenti applikabbli mal-approvazzjoni►M9mill-Unjoni◄ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Aġġustamenti applikabbli mal-approvazzjoni►M9mill-Unjoni◄ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Fi żmien tliet xhur wara li
►M9
l-Unjoni ◄ tiffirma ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li jwassal, sal-2020, għal livelli mandatorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqbżu l-20 % meta mqabbla mal-livelli fl-1990, kif rifless fl-impenn għal tnaqqis ta’ 30 % approvat mill-Kunsill Ewropej ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jevalwa, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:
(a)
in-natura tal-miżuri miftiehma fil-qafas tan-negozjati internazzjonali kif ukoll l-impenji magħmula minn pajjiżi żviluppati oħra dwar tnaqqis tal-emissjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-UE u l-impenji magħmula minn pajjiżi bi żvilupp ekonomiku aktar avvanzat biex jikkontribwixxu b’mod xieraq abbażi tar-responsabilitajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom;
(b)
l-implikazzjonijiet tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima u konsegwentement l-għażliet mitluba fil-livell
►M9
ta' Unjoni ◄ sabiex isir tqarrib għall-mira ta’ tnaqqis aktar ambizzjuża ta’ 30 % b’mod bilanċjat, trasparenti u ġust, waqt li jitqies ix-xogħol tal-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto;
(c)
il-kompetittività tal-industriji
►M9
tal-Unjoni ◄ tal-manifattura fil-kuntest tar-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
(d)
l-impatt tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fuq setturi ekonomiċi
►M9
oħra tal-Unjoni ◄ ;
(e)
l-impatt fuq il-qasam agrikolu
►M9
tal-Unjoni ◄ , inklużi r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
(f)
il-modalitajiet xierqa biex ikunu inklużi emissjonijiet u assorbimenti relatati ma’ użu tal-art, bdil fl-użu tal-art u forestrija
►M9
fl-Unjoni ◄ ;
(g)
l-afforestazzjoni, il-forestazzjoni mill-ġdid, l-evitar tad-deforestazzjoni u tad- degradazzjoni tal-foresta f’pajjiżi terzi, f’każ li tiġi stabbilita xi sistema internazzjonali rikonoxxuta f’dan il-kuntest;
(h)
il-ħtieġa li jiġu adottati aktar linji politiċi u miżuri
►M9
tal-Unjoni ◄ fid-dawl tal-impenji
►M9
tal-Unjoni ◄ u tal-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ gassijiet serra.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li temenda din id-Direttiva taħt il-paragrafu 1, bil-għan li d-Direttiva emendatorja tidħol fis-seħħ wara li l-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jiġi approvat
►M9
mill-Unjoni ◄ u fid-dawl tal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jrid jiġi implimentat taħt dak il-ftehim.
Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ effiċjenza ekonomika u ta’ effettività mill-att ta’ spejjeż, kif ukoll ta’ ekwità u ta’ solidarjetà fid-distribuzzjoni tal-impenji bejn l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Din il-proposta għandha tippermetti, jekk ikun il-każ, lill-operaturi li jużaw, addizzjonalment għall-krediti previsti f’din id-Direttiva, is-CERs, l-ERUs jew krediti oħra approvati minn pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.
|
|
Artikolu 28 4.
|
Il-proposta għandha tinkludi wkoll, jekk ikun il-każ, kwalunkwe mizuri oħra meħtieġa biex jgħinu ħalli jintlaħaq it-tnaqqis obbligatorju konformement mal-paragrafu 1 b’mod trasparenti, bilanċjat u ġust u, partikolarment, miżuri ta’ implimentazzjoni li jipprovdu għall-użu ta’ tipi addizzjonali ta’ krediti ta’ proġetti minn operaturi
►M9
fl-EU ETS ◄ għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 11a jew l-użu minn operaturi bħal dawn jew mekkaniżmi oħra maħluqa konformement mal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, kif ikun meħtieġ mill-każ.
|
|
Artikolu 28 5.
|
Għandha tinkludi il-miżuri tranżizzjonali u ta’ sospensjoni xierqa sa meta jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|