|
+Artikolu 28a 1. |
Artikolu 28a 1.B’deroga mill-Artikolu 12(3), l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom iqisu li r-rekwiżiti stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet ġew issodisfati u ma għandhom jieħdu ebda azzjoni kontra operaturi ta’ inġenju tal-ajru fir-rigward ta’:
(a)
l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn ajrudromi li jinsabu fi Stati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni ta’ titjiriet lejn ajrudromi li jinsabu fir-Renju Unit jew l-Iżvizzera, f’kull sena kalendarja mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2026, soġġett għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 28b;
(b)
l-emissjonijiet kollha minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f’reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 349 tat-TFUE u ajrudrom li jinsab f’reġjun ieħor taż-ŻEE f’kull sena kalendarja mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2023, soġġett għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 28b. Għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14, l-emissjonijiet ivverifikati minn titjiriet għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|