+Artikolu 28a Derogi applikabbli qabel l-implimentazzjoni obbligatorja tal-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq
---+Artikolu 28a 1.
---+Artikolu 28a 2.
---+Artikolu 28a 3.
---+Artikolu 28a 4.
---+Artikolu 28a 5.

Artikolu 28a Derogi applikabbli qabel l-implimentazzjoni obbligatorja tal-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28a 1.

B’deroga mill-Artikolu 12(3), l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom iqisu li r-rekwiżiti stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet ġew issodisfati u ma għandhom jieħdu ebda azzjoni kontra operaturi ta’ inġenju tal-ajru fir-rigward ta’:

(a) 

l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn ajrudromi li jinsabu fi Stati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni ta’ titjiriet lejn ajrudromi li jinsabu fir-Renju Unit jew l-Iżvizzera, f’kull sena kalendarja mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2026, soġġett għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 28b;

(b) 

l-emissjonijiet kollha minn titjiriet bejn ajrudrom li jinsab f’reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 349 tat-TFUE u ajrudrom li jinsab f’reġjun ieħor taż-ŻEE f’kull sena kalendarja mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2023, soġġett għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 28b.

Għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14, l-emissjonijiet ivverifikati minn titjiriet għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru.

Artikolu 28a 2.
B’deroga mill-Artikolu 3d(3), il-kwantità ta’ kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2026 għandu jitnaqqas sabiex jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta’ emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni minn titjiriet li mhumiex soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 28a 3.
B’deroga mill-Artikolu 3 g, l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru ma għandhomx ikunu meħtieġa jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ li jistabbilixxu miżuri għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ emissjonijiet fir-rigward ta’ titjiriet soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 28a 4.
B’deroga mill-Artikoli 3 g, 12, 15 u 18a, meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jkollu total annwali ta’ emissjonijiet inqas minn 25 000 tunnellata ta’ CO2, jew meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jkollu total annwali ta’ emissjonijiet inqas minn 3 000 tunnellata ta’ CO2 minn titjiriet għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-emissjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu li huma emissjonijiet ivverifikati jekk jiġu ddeterminati bl-użu tal-għodda għall-emittenti żgħar approvata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 ( 38 ) u ppopolata mill-Eurocontrol b ’data mill-faċilità ta’ appoġġ tagħha b’rabta mal- ETS. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri simplifikati għal operaturi ta’ inġenju tal-ajru mhux kummerċjali dment li tali proċeduri ma jipprovdux akkuratezza li tkun inqas minn dik ipprovduta mill-għodda għall-emittenti żgħar.
Artikolu 28a 5.
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika għall-pajjiżi li magħhom intlaħaq ftehim skont l-Artikolu 25 jew 25a, konformi biss mat-termini ta’ tali ftehim.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.