B’deroga mill-Artikoli 3 g, 12, 15 u 18a, meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jkollu total annwali ta’ emissjonijiet inqas minn 25 000 tunnellata ta’ CO
2, jew meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jkollu total annwali ta’ emissjonijiet inqas minn 3 000 tunnellata ta’ CO
2 minn titjiriet għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-emissjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu li huma emissjonijiet ivverifikati jekk jiġu ddeterminati bl-użu tal-għodda għall-emittenti żgħar approvata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 (
38
) u ppopolata mill-Eurocontrol b
’data mill-faċilità ta’ appoġġ tagħha b’rabta mal- ETS. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri simplifikati għal operaturi ta’ inġenju tal-ajru mhux kummerċjali dment li tali proċeduri ma jipprovdux akkuratezza li tkun inqas minn dik ipprovduta mill-għodda għall-emittenti żgħar.