Il-kwantità ta' kwoti maħruġa fl-Unjoni kollha skont dan il-Kapitolu kull sena mill-2027 għandha tibda tonqos b'mod lineari mill-2024. Il-valur tal-2024 għandu jiġi definit bħala l-limiti tal-emissjonijiet tal-2024, ikkalkolati abbażi tal-emissjonijiet ta' referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
40
) għas-setturi koperti minn dan il-Kapitolu u bl-applikazzjoni tat-trajettorja lineari għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Il-kwantità għandha tonqos kull sena wara l-2024 b'fattur ta' tnaqqis lineari ta' 5,10 %. Sal-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għas-sena 2027.