+Artikolu 30c Il-kwantità tal-kwoti fl-Unjoni kollha
---+Artikolu 30c 1.
---+Artikolu 30c 2.
---+Artikolu 30c 3.
---+Artikolu 30c 4.

Artikolu 30c Il-kwantità tal-kwoti fl-Unjoni kollha

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30c 1.
Il-kwantità ta' kwoti maħruġa fl-Unjoni kollha skont dan il-Kapitolu kull sena mill-2027 għandha tibda tonqos b'mod lineari mill-2024. Il-valur tal-2024 għandu jiġi definit bħala l-limiti tal-emissjonijiet tal-2024, ikkalkolati abbażi tal-emissjonijiet ta' referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 40 ) għas-setturi koperti minn dan il-Kapitolu u bl-applikazzjoni tat-trajettorja lineari għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Il-kwantità għandha tonqos kull sena wara l-2024 b'fattur ta' tnaqqis lineari ta' 5,10 %. Sal-1 ta' Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għas-sena 2027.
Artikolu 30c 2.
Il-kwantità ta' kwoti maħruġa fl-Unjoni kollha skont dan il-Kapitolu kull sena mill-2028 għandha tonqos b'mod lineari mill-2025 abbażi tal-emissjonijiet medji rrapportati skont dan il-Kapitolu għas-snin mill-2024 sal-2026. Il-kwantità ta' kwoti għandha tonqos b'fattur ta' tnaqqis lineari ta' 5,38 %, ħlief jekk japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IIIa, f'liema każ il-kwantità għandha tonqos b'fattur ta' tnaqqis lineari aġġustat f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IIIa. Sat-30 ta' Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha għall-2028 u, jekk ikun meħtieġ, il-fattur ta' tnaqqis lineari aġġustat.
Artikolu 30c 3.
Il-kwantità ta' kwoti għall-Unjoni kollha maħruġa taħt dan il-Kapitolu għandha tiġi aġġustata għal kull sena mill-2028 biex tiġi kkumpensata l-kwantità ta' kwoti ċeduti f'każijiet li fihom ma kienx possibbli li jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet jew li fihom il-kwoti jkunu ġew ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu kif imsemmi fl-Artikolu 30f(5). L-aġġustament għandu jikkorrispondi għall-ammont totali ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu li ġew ikkumpensati fis-sena ta' rapportar rilevanti skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 30f(5), it-tieni subparagrafu.
Artikolu 30c 4.
Stat Membru li, skont l-Artikolu 30j, unilateralment estenda l-attività msemmija fl-Anness III għal setturi li mhumiex elenkati f’dak l-Anness għandu jiżgura li l-entitajiet regolati kkonċernati jippreżentaw, sat-30 ta' April tas-sena rilevanti, lill-awtorità kompetenti rilevanti, rapport debitament sostanzjat f'konformità mal-Artikolu 30f. Jekk id-data ppreżentata tkun debitament sostanzjata, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan sat-30 ta' Ġunju tas-sena rilevanti. Il-kwantità ta' kwoti li jridu jinħarġu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi aġġustata filwaqt li jitqies ir-rapport debitament sostanzjat ppreżentat mill-entitajiet regolati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.