|
+Artikolu 30e 3. |
Artikolu 30e 3.Sal-31 ta' Diċembru 2030, b'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, meta entità regolata stabbilita fi Stat Membru partikolari tkun soġġetta għal taxxa nazzjonali fuq il-karbonju fis-seħħ għas-snin 2027 sa 2030, li tkopri l-attività msemmija fl-Anness III, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista' teżenta lil dik l-entità regolata mill-obbligu li ċċedi l-kwoti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal sena ta' referenza partikolari, dment li:
(a)
l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dik it-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju, sal-31 ta' Diċembru 2023, u l-liġi nazzjonali li tistabbilixxi r-rati tat-taxxa applikabbli għas-snin 2027 sa 2030, sa dik id-data, tkun daħlet fis-seħħ; l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fit-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju;
(b)
għas-sena ta' referenza, it-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju tal-Istat Membru kkonċernat effettivament imħallsa minn dik l-entità regolata tkun ogħla mill-prezz medju mill-ikklerjar f'irkant tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont dan il-Kapitolu;
(c)
l-entità regolata tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi skont l-Artikolu 30b dwar il-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-Artikolu 30f dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tagħha;
(d)
l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' kwalunkwe eżenzjoni bħal din u l-ammont korrispondenti ta' kwoti li jridu jiġu kkanċellati f'konformità mal-punt (g) ta' dan is-subparagrafu u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4), sal-31 ta' Mejju tas-sena wara s-sena ta' referenza;
(e)
il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjoni għall-applikazzjoni tad-deroga għar-raġuni li l-miżura nnotifikata ma tkunx konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, fi żmien tliet xhur minn notifika skont il-punt (a) ta' dan is-subparagrafu jew fi żmien xahar min-notifika għas-sena rilevanti skont il-punt (d) ta' dan is-subparagrafu;
(f)
l-Istat Membru kkonċernat ma jirkantax l-ammont ta' kwoti msemmija fl-Artikolu 30d(5) għal sena ta' referenza partikolari sakemm l-ammont ta' kwoti li trid tiġi kkanċellata skont dan il-paragrafu tiġi ddeterminata f'konformità mal-punt (g) ta' dan is-subparagrafu; l-Istat Membru kkonċernat ma għandu jirkanta l-ebda ammont addizzjonali ta' kwoti skont l-Artikolu 30d(2), l-ewwel subparagrafu;
(g)
l-Istat Membru kkonċernat jikkanċella ammont ta' kwoti mill-kwantità totali ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minnu kif imsemmi fl-Artikolu 30d(5), għas-sena ta' referenza, li jkun ugwali għall-emissjonijiet ivverifikati ta' dik l-entità regolata skont dan il-Kapitolu għas-sena ta' referenza; meta l-ammont ta' kwoti li jkun għad irid jiġi rkantat fis-sena ta' referenza wara l-applikazzjoni tal-punt (f) ta' dan is-subparagrafu jkun inqas mill-ammont ta' kwoti li għandu jiġi kkanċellat skont dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jikkanċella l-ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għad-differenza sa tmiem is-sena ta' wara s-sena ta' referenza; u
(h)
l-Istat Membru kkonċernat jimpenja ruħu, fil-mument tal-ewwel notifika skont il-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, li juża għal waħda jew aktar mill-miżuri elenkati jew imsemmija fl-Artikolu 30d(6), l-ewwel subparagrafu, ammont ekwivalenti għad-dħul li għalih kien japplika l-Artikolu 30d(6) fin-nuqqas ta' din id-deroga; l-Artikolu 30d(6), it-tieni u t-tielet subparagrafi, għandhom japplikaw u l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirċievi skont dan tkun konformi mal-impenn meħud skont dan il-punt. L-ammont ta' kwoti li jridu jiġu kkanċellati skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), ta' dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa d-dħul assenjat estern stabbilit skont l-Artikolu 30d(4) ta' din id-Direttiva jew, meta jkun stabbilit skont l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE, ir-riżorsi proprji tal-baġit tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 ( 41 ) mid-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti f’konformità mal-Artikolu 30d ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|