+Artikolu 30e It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti
---+Artikolu 30e 1.
---+Artikolu 30e 2.
---+Artikolu 30e 3.
---+Artikolu 30e 4.

Artikolu 30e It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30e 1.

L-Artikolu 12 għandu japplika għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 3 u 3a, il-paragrafu 4, it-tieni u t-tielet sentenza, u l-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu. Għal dak il-fini:

(a) 

kwalunkwe referenza għal emissjonijiet għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu;

(b) 

kwalunkwe referenza għal operaturi tal-installazzjonijiet għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-entitajiet regolati koperti minn dan il-Kapitolu;

(c) 

kwalunkwe referenza għal kwoti għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu.

Artikolu 30e 2.
Mill-1 ta' Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, l-entità regolata ċċedi ammont ta' kwoti koperti minn dan il-Kapitolu li huwa ugwali għall-emissjonijiet totali tal-entità regolata, li jikkorrispondu għall-kwantità ta' fjuwils rilaxxati għall-konsum skont l-Anness III, matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikat f'konformità mal-Artikoli 15 u 30f, u li dawk il-kwoti sussegwentement jiġu kkanċellati.
Artikolu 30e 3.

Sal-31 ta' Diċembru 2030, b'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, meta entità regolata stabbilita fi Stat Membru partikolari tkun soġġetta għal taxxa nazzjonali fuq il-karbonju fis-seħħ għas-snin 2027 sa 2030, li tkopri l-attività msemmija fl-Anness III, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista' teżenta lil dik l-entità regolata mill-obbligu li ċċedi l-kwoti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal sena ta' referenza partikolari, dment li:

(a) 

l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dik it-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju, sal-31 ta' Diċembru 2023, u l-liġi nazzjonali li tistabbilixxi r-rati tat-taxxa applikabbli għas-snin 2027 sa 2030, sa dik id-data, tkun daħlet fis-seħħ; l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fit-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju;

(b) 

għas-sena ta' referenza, it-taxxa nazzjonali fuq il-karbonju tal-Istat Membru kkonċernat effettivament imħallsa minn dik l-entità regolata tkun ogħla mill-prezz medju mill-ikklerjar f'irkant tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont dan il-Kapitolu;

(c) 

l-entità regolata tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi skont l-Artikolu 30b dwar il-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-Artikolu 30f dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tagħha;

(d) 

l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' kwalunkwe eżenzjoni bħal din u l-ammont korrispondenti ta' kwoti li jridu jiġu kkanċellati f'konformità mal-punt (g) ta' dan is-subparagrafu u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4), sal-31 ta' Mejju tas-sena wara s-sena ta' referenza;

(e) 

il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjoni għall-applikazzjoni tad-deroga għar-raġuni li l-miżura nnotifikata ma tkunx konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu, fi żmien tliet xhur minn notifika skont il-punt (a) ta' dan is-subparagrafu jew fi żmien xahar min-notifika għas-sena rilevanti skont il-punt (d) ta' dan is-subparagrafu;

(f) 

l-Istat Membru kkonċernat ma jirkantax l-ammont ta' kwoti msemmija fl-Artikolu 30d(5) għal sena ta' referenza partikolari sakemm l-ammont ta' kwoti li trid tiġi kkanċellata skont dan il-paragrafu tiġi ddeterminata f'konformità mal-punt (g) ta' dan is-subparagrafu; l-Istat Membru kkonċernat ma għandu jirkanta l-ebda ammont addizzjonali ta' kwoti skont l-Artikolu 30d(2), l-ewwel subparagrafu;

(g) 

l-Istat Membru kkonċernat jikkanċella ammont ta' kwoti mill-kwantità totali ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minnu kif imsemmi fl-Artikolu 30d(5), għas-sena ta' referenza, li jkun ugwali għall-emissjonijiet ivverifikati ta' dik l-entità regolata skont dan il-Kapitolu għas-sena ta' referenza; meta l-ammont ta' kwoti li jkun għad irid jiġi rkantat fis-sena ta' referenza wara l-applikazzjoni tal-punt (f) ta' dan is-subparagrafu jkun inqas mill-ammont ta' kwoti li għandu jiġi kkanċellat skont dan il-paragrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jikkanċella l-ammont ta' kwoti li jikkorrispondi għad-differenza sa tmiem is-sena ta' wara s-sena ta' referenza; u

(h) 

l-Istat Membru kkonċernat jimpenja ruħu, fil-mument tal-ewwel notifika skont il-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, li juża għal waħda jew aktar mill-miżuri elenkati jew imsemmija fl-Artikolu 30d(6), l-ewwel subparagrafu, ammont ekwivalenti għad-dħul li għalih kien japplika l-Artikolu 30d(6) fin-nuqqas ta' din id-deroga; l-Artikolu 30d(6), it-tieni u t-tielet subparagrafi, għandhom japplikaw u l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tirċievi skont dan tkun konformi mal-impenn meħud skont dan il-punt.

L-ammont ta' kwoti li jridu jiġu kkanċellati skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (g), ta' dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa d-dħul assenjat estern stabbilit skont l-Artikolu 30d(4) ta' din id-Direttiva jew, meta jkun stabbilit skont l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-TFUE, ir-riżorsi proprji tal-baġit tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 ( 41 ) mid-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti f’konformità mal-Artikolu 30d ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 30e 4.
L-isptarijiet li mhumiex koperti mill-Kapitolu III jistgħu jingħataw kumpens finanzjarju għall-kost li jiġi ttrasferit lilhom minħabba ċ-ċediment ta’ kwoti skont dan il-Kapitolu. Għal dak il-għan, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu applikabbli għal każijiet ta’ għadd doppju għandhom japplikaw mutatis mutandis.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.