+Artikolu 30f 5.

Artikolu 30f 5.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet regolati jkunu jistgħu jidentifikaw u jiddokumentaw b’mod affidabbli u eżatt, għal kull tip ta’ fjuwil, il-kwantitajiet preċiżi ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum, li jintużaw għall-kombustjoni fis-setturi msemmija fl-Anness III, u l-użu finali tal-fjuwils rilaxxati għall-konsum mill-entitajiet regolati. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jillimitaw ir-riskju ta’ għadd doppju tal-emissjonijiet koperti taħt dan il-Kapitolu u tal-emissjonijiet koperti taħt il-Kapitoli II u III, kif ukoll ir-riskju li l-kwoti jiġu ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-regoli dettaljati għall-evitar tal-għadd doppju u l-kwoti li qed jiġu ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu, kif ukoll għall-għoti ta’ kumpens finanzjarju lill-konsumaturi finali tal-fjuwils f’każijiet li fihom tali għadd doppju jew ċediment ma jistax jiġi evitat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). Il-kalkolu tal-kumpens finanzjarju għall-konsumaturi finali tal-fjuwils għandu jkun ibbażat fuq prezz medju tal-kwoti fl-irkanti mwettqa f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4) fis-sena ta’ rapportar rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.