+Artikolu 30f Il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni
---+Artikolu 30f 1.
---+Artikolu 30f 2.
---+Artikolu 30f 3.
---+Artikolu 30f 4.
---+Artikolu 30f 5.
---+Artikolu 30f 6.
---+Artikolu 30f 7.
---+Artikolu 30f 8.
|
Artikolu 30f Il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-verifika tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30f 1.
|
L-Artikoli 14 u 15 għandhom japplikaw għall-emissjonijiet, għall-entitajiet regolati u għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu. Għal dak il-fini:
(a)
kwalunkwe referenza għal emissjonijiet għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu;
(b)
kwalunkwe referenza għal attività elenkata fl-Anness I għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-attività msemmija fl-Anness III;
(c)
kwalunkwe referenza għal operaturi għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-entitajiet regolati koperti minn dan il-Kapitolu;
(d)
kwalunkwe referenza għal kwoti għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għall-kwoti koperti minn dan il-Kapitolu;
(e)
ir-referenza għad-data fl-Artikolu 15 għandha tinqara daqslikieku kienet referenza għat-30 ta’ April.
|
|
Artikolu 30f 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità regolata timmonitorja, għal kull sena kalendarja mill-2025, l-emissjonijiet li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum skont l-Anness III. Huma għandhom jiżguraw ukoll li kull entità regolata tirrapporta dawk l-emissjonijiet lill-awtorità kompetenti fis-sena ta’ wara, billi tibda mill-2026, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1).
|
|
Artikolu 30f 3.
|
Mill-1 ta’ Jannar 2028, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sat-30 ta’ April kull sena sal-2030, kull entità regolata tirrapporta s-sehem medju ta’ kostijiet relatati maċ-ċediment ta’ kwoti skont dan il-Kapitolu li tkun ttrasferiet lill-konsumaturi għas-sena preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-rekwiżiti u l-mudelli għal dawk ir-rapporti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rapporti sottomessi u tirrapporta s-sejbiet tagħha kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta’ l-Kummissjoni ssib li jeżistu prattiki mhux korretti fir-rigward tat-trasferiment tal-kostijiet tal-karbonju, ir-rapport, meta ikun xieraq, jista’ jkun akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi bl-għan li jindirizzaw tali prattiki mhux korretti.
|
|
Artikolu 30f 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità regolata li jkollha permess f’konformità mal-Artikolu 30b fl-1 ta’ Jannar 2025 tirrapporta l-emissjonijiet storiċi tagħha għas-sena 2024 sat-30 ta’ April 2025.
|
|
Artikolu 30f 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet regolati jkunu jistgħu jidentifikaw u jiddokumentaw b’mod affidabbli u eżatt, għal kull tip ta’ fjuwil, il-kwantitajiet preċiżi ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum, li jintużaw għall-kombustjoni fis-setturi msemmija fl-Anness III, u l-użu finali tal-fjuwils rilaxxati għall-konsum mill-entitajiet regolati. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jillimitaw ir-riskju ta’ għadd doppju tal-emissjonijiet koperti taħt dan il-Kapitolu u tal-emissjonijiet koperti taħt il-Kapitoli II u III, kif ukoll ir-riskju li l-kwoti jiġu ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-regoli dettaljati għall-evitar tal-għadd doppju u l-kwoti li qed jiġu ċeduti għal emissjonijiet mhux koperti minn dan il-Kapitolu, kif ukoll għall-għoti ta’ kumpens finanzjarju lill-konsumaturi finali tal-fjuwils f’każijiet li fihom tali għadd doppju jew ċediment ma jistax jiġi evitat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2). Il-kalkolu tal-kumpens finanzjarju għall-konsumaturi finali tal-fjuwils għandu jkun ibbażat fuq prezz medju tal-kwoti fl-irkanti mwettqa f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(4) fis-sena ta’ rapportar rilevanti.
|
|
Artikolu 30f 6.
|
Il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu huma stabbiliti fil-Parti Ċ tal-Anness IV.
|
|
Artikolu 30f 7.
|
Il-kriterji għall-verifika tal-emissjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu huma stabbiliti fil-Parti Ċ tal-Anness V.
|
|
Artikolu 30f 8.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu miżuri simplifikati ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika għall-entitajiet regolati li l-emissjonijiet annwali tagħhom li jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ fjuwils rilaxxati għall-konsum ikunu inqas minn 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|