+Artikolu 30m Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
---+Artikolu 30m 1.
---+Artikolu 30m 2.
---+Artikolu 30m 3.
|
Artikolu 30m Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30m 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament mid-dħul mill-irkantar tal-EU ETS imsemmi fl-Artikolu 10(8) billi:
(a)
tiżgura li l-benefiċjarji ta' tali finanzjament jirrikonoxxu l-oriġini ta' dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-proġetti u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku; u
(b)
tiżgura li dawk li jirċievu tali finanzjament jużaw tikketta xierqa li tgħid "(ko)finanzjat mis-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE (il-Fond għall-Innovazzjoni)", kif ukoll l-emblema tal-Unjoni u l-ammont tal-finanzjament; meta l-użu ta' dik it-tikketta ma jkunx fattibbli, il-Fond għall-Innovazzjoni għandu jissemma fl-attivitajiet kollha ta' komunikazzjoni, inkluż fuq avviżieri f'postijiet strateġiċi viżibbli għall-pubbliku.
Il-Kummissjoni, fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 10a(8), għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Fond għall-Innovazzjoni, inkluż rekwiżit li dak il-Fond jissemma.
|
|
Artikolu 30m 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mid-dħul mill-irkantar tal-EU ETS imsemmi fl-Artikolu 10d li jikkorrispondi għal dak imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta' dan l-Artikolu, inkluż permezz ta’ rekwiżit li l-Fond għall-Modernizzazzjoni jissemma.
|
|
Artikolu 30m 3.
|
Filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw il-viżibbiltà tas-sors tal-finanzjament ta' azzjonijiet jew proġetti ffinanzjati mid-dħul mill-irkantar tal-EU ETS li tagħhom jiddeterminaw l-użu f’konformità mal-Artikolu 3d(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30d(6).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|