+ANNESS I KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA

ANNESS I KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA




ANNESS I

KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA

▼M15

1.

Installazzjonijiet jew partijiet minn installazzjonijiet użati għar-riċerka, l-iżvilupp u l-ittestjar ta' prodotti u proċessi ġodda mhumiex koperti minn din id-Direttiva. Installazzjonijiet meta matul il-perjodu ta' ħames snin rilevanti preċedenti msemmi fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti skont l-Artikolu 14 jikkontribwixxu bħala medja għal aktar minn 95 % tal-emissjonijiet totali medji ta' gassijiet serra, mhumiex koperti minn din id-Direttiva.

▼M4

2.

Il-valuri tal-limitu minimu t’hawn taħt ġeneralment jirriferu għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew għall-produzzjoni. Meta diversi attivitajiet li jaqghu taht l-istess kategorija jithaddmu fl-istess istallazzjoni, il-kapacitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jinghaddu flimkien.

▼M15

3.

Meta l-input termiku nominali totali ta' installazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk l-installazzjoni tiddaħħalx fl-EU ETS, l-inputs termiċi nominali tal-unitajiet tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu fjuwils fi ħdan l-installazzjoni, għandhom jingħaddu flimkien. Dawk l-unitajiet jistgħu jinkludu kull tip ta' bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, apparat għat-tnixxif, magni, ċelluli tal-fjuwil, unitajiet tal-kombustjoni "chemical looping", apparat tal-ivvampjar, u impjanti termiċi jew katalitiċi tal-post-kombustjoni. Unitajiet b'input termiku nominali ta' inqas minn 3 MW ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta' dan il-kalkolu.

▼M4

4.

Jekk unità taqdi attività li għaliha l-limitu minimu mhux espress bħala input termiku nominali totali, il-limitu minimu ta’ din l-attività għandu jieħu preċedenza għad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ►M9  fl-EU ETS ◄ .

5.

Meta l-limitu minimu ta’ kapacita ta’ kull attivita f’dan l-Anness jinstab li jkun inqabeż f’xi istallazzjoni, il-junits kollha li fihom jinħaraq karburanti, ħlief għall-impjanti għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż jew muniċipali, għandhom jiddaħħlu fil-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra.

6.

Mill-1 ta’ Jannar 2012 it-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajruport sitwat fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għandu jkun inkluż.



Attività

Il-gassijiet serra

▼M15

Kombustjoni ta' fjuwils f'installazzjonijiet b'input termiku nominali totali li jaqbeż l-20 MW (ħlief f'installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż jew muniċipali)

Mill-1 ta' Jannar 2024, il-kombustjoni ta' fjuwils f'installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali b'input termiku nominali totali li jaqbeż l-20 MW, għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15.

Diossidu tal-karbonju

Ir-raffinar taż-żejt, li fih jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b'input termiku nominali totali li jaqbeż l-20 MW

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Produzzjoni tal-kokk

Dijossidu tal-karbonju

L-istallazzjonijiet tal-minerali tal-metalli (inkluż il-metall sulfid), tal-ħami jew tas-sinterizzazzjoni inkluż il-“pelletisation”

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Produzzjoni tal-ħadid jew tal-azzar (fissjoni primarja jew sekondarja) inkluż l-ikkastjar kontinwu, b'kapaċità li taqbeż it-2,5 tunnellati fis-siegħa

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli tal-ħadid (inklużi liegi tal-ħadid) meta jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW. L-ipproċessar, fost l-oħrajn, jinkludi rombli għall-manifattura tal-pjanċi, re-heaters, fran għat-trattament bis-sħana (annealing), impjanti tax-xogħol tal-ħadid, fonderiji, kisi u bbanjar bl-aċtu.

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Produzzjoni ta' aluminju primarju jew alumina

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarburi

▼M4

Produzzjoni tal-aluminju sekondarju fejn jitħaddmu l-unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ mettali mhux tal-ħadid, inkluża l-produzzjoni tal-liegi, r-raffinar, l-iffundar, eċċ., fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata (inklużi karburanti użati bħala aġenti ta’ tnaqqis) li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-klinker tas-siment fi fran li jduru b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-500 tunnellata kuljum jew fi fran oħra b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ ġir jew ta’ kalċinazzjoni tad-dolomit jew tal-manjeżit fi fran li jduru jew fi fran oħra b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura tal-ħġieġ inkluż fibra tal-ħġieġ b’kapaċità li tinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika bin-nar, partikolarment madum tas-soqfa, bricks, bricks li jirreżistu s-sħana, madum, oġġetti tal-ġebel jew tal-porċellana, b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-75 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ materjal ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali bl-użu tal-ħġieġ, tal-blat jew tal-gagazza b’kapaċità li jinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

It-tnixxif jew il-kalċinazzjoni tal-ġipsum jew il-produzzjoni ta' twavel tal-ġibs u ta' prodotti oħra tal-ġipsum, b'kapaċità ta' produzzjoni ta' ġipsum kalċinat jew ġipsum sekondarju mnixxef li taqbeż total ta' 20 tunnellata kuljum

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Produzzjoni ta’ polpa mill-injam u materjali oħra fibrużi

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-karta jew tal-kartun b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Il-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju li tinvolvi l-karbonizzazzjoni ta' sustanzi organiċi bħal żjut, qatran, residwi tad-distillazzjoni u tal-fran tal-ikkrekkjar b'kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Il-produzzjoni tal-aċidu nitriku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu adipiku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu glijossiku u glijossiliku (glyoxal u glyoxilic)

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-ammonja

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi kbar permezz tal-cracking, l-iffurmar mill-ġdid, l-ossidazzjoni parzjali jew sħiħa jew permezz ta’ proċessi simili b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-100 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Il-produzzjoni tal-idroġenu (H2) u ta' gass sintetiku b'kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż il-5 tunnellati kuljum

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Il-produzzjoni tal-irmied tas-soda (Na2CO3) u l-bikarbonat tas-sodju (NaHCO3)

Dijossidu tal-karbonju

Ġabra ta’ gassijiet serra minn istallazzjonijiet koperta minn din id-Direttiva għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

It-trasport ta' gassijiet serra għal ħżin ġeoloġiku f'post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, bl-esklużjoni ta' dawk l-emissjonijiet koperti minn attività oħra skont din id-Direttiva

Diossidu tal-karbonju

▼M4

Ħażna ġeoloġika ta’ gassijiet serra f’sit ta’ ħażna permezz taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

L-avjazzjoni
Titjiriet li jitilqu minn jew li jaslu f’ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat.
Din l-attività m’għandhiex tinkludi:
(a)  titjiriet imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Re jew Reġina renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ pajjiż li mhux Stat Membru, fejn dan jiġi ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus tar-rotta tal-ajru;
(b)  titjiriet militari mwettqin minn inġenji tal-ajru militari u titjiriet tad-dwana u talpulizija;
(c)  titjiriet relatati mat-tfittxija u s-salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizz mediku ta’ emerġenza awtorizzati mill-awtorità kompetenti xierqa;
(d)  kwalunkwe titjira mwettqa esklussivament konformement mar-regoli viżwali tat-titjiriet kif definiti fl-Anness 2 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;
(e)  titjiriet li jispiċċaw fl-ajrudrom minn fejn telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma sar l-ebda nżul intermedjarju;
(f)  titjiriet ta’ taħriġ imwettqin esklussivament bl-iskop ta’ ksib ta’ liċenzja, jew ta’ klassifikazzjoni fil-każ tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-pilota ta’ inġenju tal-ajru fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ nota adegwata fil-pjan tar-rotta bil-kondizzjoni li t-titjira ma tkunx qed isservi għat-trasport tal-passiġġieri u/jew tmerkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasport tal-inġenju tal-ajru innifsu;
(g)  titjiriet imwettqin esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika jew tal-iċċekkjar, l-ittestjar jew għaċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tat-tagħmir kemm jekk jinsab fl-ajru kif ukoll ibbażat fuq l-art;
(h)  titjiriet imwettqin minn inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata għat-tluq ta’ anqas minn 5 700  kg;
(i)  titjiriet imwettqin fil-qafas tal-obbligi tas-servizz pubbliku impost konformement mar-Regolament (KEE) 2408/92 fuq rotot fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod kif definiti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fuq rotot fejn il-kapaċità offruta ma’ taqbiżx it- ►M14  50 000  ◄ post fis-sena;
(j)  titjiriet li, ħlief għal dan il-punt, jaqgħu fl-ambitu ta’ din l-attività, li twettqu minn operatur tat-trasport tal-ajru kummerċjali li jopera jew:

— anqas minn 243 titjira għal kull perijodu għal tliet perijodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur; jew

— titjiriet b’emissjonijiet totali annwali ta’ anqas minn 10 000 tunellata fis-sena.


It-titjiriet imsemmija fil-punti (l) u (m) jew imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Rejiet jew Reġini renjanti u l-familja immedjata tagħhom, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu esklużi taħt dan il-punt; ►M11  
(k)  mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2030, titjiriet li, ħlief għal dan il-punt, jaqgħu fi ħdan din l-attività, imwettqa minn operatur tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali li jopera titjiriet b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 1 000 tunnellata fis-sena (inkluż emissjonijiet minn titjiriet imsemmija fil-punti (l) u (m));  ◄ ►M10  
(l)  titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fl-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE;  ◄ ►M11  
(m)  titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fir-Renju Unit lejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE.  ◄ ►M14  
Titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu f’żewġ Stati differenti li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) u titjiriet bejn l-Iżvizzera jew ir-Renju Unit u Stati li huma elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25a(3) u, għall-finijiet tal-Artikolu 12(6) u (8) u l-Artikolu 28c, kwalunkwe titjira oħra bejn ajrudromi li jinsabu f’żewġ pajjiżi terzi differenti mill-operaturi ta’ inġenju tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)  l-operaturi ta’ inġenju tal-ajru jkollhom ċertifikat ta’ operatur tal-ajru maħruġ minn Stat Membru jew ikunu reġistrati fi Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, id-dipendenzi u t-territorji ta’ dak l-Istat Membru; u
(b)  jipproduċu emissjonijiet annwali tas-CO2 ta’ aktar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta’ ajruplani b’massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art ta’ aktar minn 5 700  kg li jwettqu titjiriet koperti minn dan l-Anness, għajr dawk li jitilqu u li jaslu fl-istess Stat Membru, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru, mill-1 ta’ Jannar 2021; għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-emissjonijiet mit-tipi ta’ titjiriet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu:
(i)  titjiriet Statali;
(ii)  titjiriet umanitarji;
(iii)  titjiriet mediċi;
(iv)  titjiriet militari;
(v)  titjiriet tat-tifi tan-nar;
(vi)  titjiriet li jsiru qabel jew wara titjira umanitarja, medika jew tat-tifi tan-nar, dment li tali titjiriet ikunu twettqu bl-istess inġenju tal-ajru u kienu meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet umanitarji, mediċi jew tat-tifi tan-nar relatati jew biex l-inġenju tal-ajru jiġi ppożizzjonat mill-ġdid wara dawk l-attivitajiet għall-attività li jmiss tiegħu.  ◄

Dijossidu tal-karbonju

▼M15

Trasport marittimu

L-attivitajiet tat-trasport marittimu koperti mir-Regolament (UE) 2015/757 bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu koperti mill-Artikolu 2(1a) u, sal-31 ta' Diċembru 2026, l-Artikolu 2(1b) ta' dak ir-Regolament

Diossidu tal-karbonju

Mill-1 ta' Jannar 2026, metan u ossidu nitruż

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.