|
Ir-rilaxx għall-konsum ta' fjuwils li jintużaw għall-kombustjoni fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq u f'setturi addizzjonali. Din l-attività ma għandhiex tinkludi:
(a) ir-rilaxx għall-konsum ta' fjuwils li jintużaw fl-attivitajiet elenkati fl-Anness I, ħlief jekk jintużaw għall-kombustjoni fl-attivitajiet ta' trasport ta' gassijiet serra għall-ħżin ġeoloġiku kif stabbilit fit-tabbella (ringiela sebgħa u għoxrin ta’ dak l-Anness) jew jekk jintużaw għall-kombustjoni f'installazzjonijiet esklużi skont l-Artikolu 27a;
(b) ir-rilaxx għall-konsum ta' fjuwils li l-fattur tal-emissjoni tagħhom huwa żero;
(c) ir-rilaxx għall-konsum ta' skart perikoluż jew muniċipali użat bħala fjuwil.
Is-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq għandhom jikkorrispondu għas-sorsi ta' emissjonijiet li ġejjin, definiti fil-Linji Gwida għall-Inventarju Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006, bil-modifiki meħtieġa għal dawk id-definizzjonijiet, kif ġej:
(a) Ġenerazzjoni Kkombinata tas-Sħana u tal-Elettriku (CHP) (kodiċi tal-kategorija tas-sors 1A1a ii) u l-Impjanti tas-Sħana (kodiċi tal-kategorija tas-sors 1A1a iii), sakemm jipproduċu s-sħana għall-kategoriji taħt il-punti (c) u (d) ta' dan il-paragrafu, direttament jew permezz ta' networks tat-tisħin distrettwali;
|