+L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser: il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li kien stabbilit skond il-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 661 (1990);

2. 

“fondi” tfisser assi finanzjarji u ġid ekonomiku ta' kull xorta, inklużi, iżda mhux limitati għal:

(a) 

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet dwar flus, drafts, ordinijiet ta' flus u strumenti oħra ta' pagamenti;

(b) 

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta' djun;

(ċ) 

titoli u strumenti ta' debitu mibjugħa pubblikament jew privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, digrieti, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati minnhom;

(d) 

interess, dividendi jew dħul ieħor minn jew valur li jinħoloq mill-assi;

(e) 

kreditu, dritt għal kumpens, garanziji, garanziji ta' esekuzzjoni jew rabtiet finanzjarji oħra;

(f) 

ittri ta' kreditu, poloz ta' karigu, dokumenti uffiċjali ta' bejgħ ta' proprjetà;

(g) 

dokumenti li jixhdu interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji,

(h) 

kull strument ieħor li jiffinanzja l-esportazzjoni;

3. 

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull tip, kemm jekk tanġibbli u kemm jekk le, kemm jekk mobbli jew immobbli, li ma humiex fondi imma li jistgħu jintużaw sabiex ikunu akkwistati fondi, merkanzija jew servizzi;

4. 

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-projbizzjoni ta' ċaqliq, trasferimenti, bidliet, użu ta' jew traffikar ta' fondi li jistgħu b'xi mod iwasslu għal bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lokazzjoni, fid-dritt tal-pussess, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni jew f'bidla oħra li tagħmel possibbli l-użu tal-fondi, inkluż il-ġestjoni tal-portafolli;

5. 

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-projbizzjoni ta' l-użu ta' dawn ir-riżorsi sabiex jinkisbu fondi, merkanzija jew servizzi b'kull mod, inklużi, iżda mhux biss, permezz tal-bejgħ jew kera tagħhom jew permezz ta' l-użu tagħhom bħala ipoteka;

6. 

“Il-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq” tfisser il-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq miżmum mill-Bank Ċentrali ta' l-Iraq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1210
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.