+L-Artikolu 4
---+L-Artikolu 4 1.
---+L-Artikolu 4 2.
---+L-Artikolu 4 3.
---+L-Artikolu 4 4.
|
L-Artikolu 4
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 4 1.
|
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha tal-Gvern ta' qabel ta' l-Iraq, jew ta' kwalunkwe entitajiet pubbliċi, korporazzjonijiet, inklużi kumpanniji stabbiliti taħt il-liġi privata u li fihom l-awtoritajiet pubbliċi kellhom interessi maġġoritarji jew kontrollanti, jew aġenziji ta' dak il-Gvern, magħrufa mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u mniżżla fl-Anness III, għandhom jiġu ffriżat, jekk dawn kienu jinsabu barra l-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003.
|
|
L-Artikolu 4 2.
|
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma ta', jew kienu ta' jew miżmuma mill-persuni li ġejjin, u magħrufa mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u mniżżla fl-Anness IV, għandhom jiġu ffriżati:
(a)
l-ex President Saddam Hussein;
(b)
l-uffiċjali anzjani tar-reġim tiegħu;
(ċ)
il-membri immedjati tal-familji tagħhom; jew
(d)
il-persuni, korpi u entitajiet legali li kienu ta', jew kontrollati direttament jew indirettament, mill-persuni msemmija f'(a), (b) u (ċ) jew minn kwalunkwe persuna naturali jew legali li tkun qed taħdem f'isimhom jew skond l-istruzzjonijiet tagħhom.
|
|
L-Artikolu 4 3.
|
L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandhom jitqiegħdu għad-disposizzjoni, direttament jew indirettament, ta', jew għall-beneficċju ta', persuni fiżiċi jew ġuridiċi, korpi jew entitajiet elenkati fl-Anness IV.
|
|
L-Artikolu 4 4.
|
Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu:
(a)
min-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
(b)
organizzazzjonijiet internazzjonali;
(c)
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
(d)
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (United Nations Office for the Coordination of Humanitarian Affairs, OCHA);
(e)
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) filwaqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew
(f)
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1210
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|