|
+L-Artikolu 4 4. |
L-Artikolu 4 4.Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu:
(a)
min-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
(b)
organizzazzjonijiet internazzjonali;
(c)
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
(d)
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (United Nations Office for the Coordination of Humanitarian Affairs, OCHA);
(e)
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) filwaqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew
(f)
atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|