+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
|
Artikolu 5
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-Artikolu 4 ma għandux jimpedixxi l-akkreditar tal-kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew istituzzjonijiet ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna, entità jew korp elenkati, sakemm kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tgħarraf bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti dwar tali tranżazzjoni.
|
|
Artikolu 5 2.
|
B'deroga mill-Artikolu 4(3), l-awtoritajiet kompetenti, kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness V, jistgħu jawtorizzaw li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
(a)
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;
(b)
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali,
(c)
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji jew tariffi ta' servizzi għall-kustodja jew manteniment konswetudinarji ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew
(d)
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom hija tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mill-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1210
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|