|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.B'deroga mill-Artikolu 4(3), l-awtoritajiet kompetenti, kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness V, jistgħu jawtorizzaw li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
(a)
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness IV, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;
(b)
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż imġarrba assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali,
(c)
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji jew tariffi ta' servizzi għall-kustodja jew manteniment konswetudinarji ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew
(d)
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom hija tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mill-anqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|