+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
|
Artikolu 6
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri indikati fil-websajts elenkati fl-Anness V jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a)
il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew ta’ arbitraġġ stabbilit qabel it-22 ta’ Mejju 2003 jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew ta’ arbitraġġ li tkun ingħatat qabel dik id-data;
(b)
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet derivanti minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li għandhom tali pretensjonijiet;
(ċ)
jekk il-pretensjoni tiġi sodisfatta, dan ma jkunx bi ksur tar-Regolament (KEE) Nru 3541/92; u
(d)
ir-rikonoxximent tar-rahan jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Fiċ-ċirkostanzi l-oħrajn kollha, il-fondi, ir-riżorsi ekonomiċi u d-dħul mir-riżorsi ekonomiċi ffriżati skont l-Artikolu 4 għandhom jerġgħu jsiru disponibbli biss biex jiġu ttrasferiti lejn l-arranġamenti li l-Gvern tal-Iraq stabbilixxa minflok il-Fond ta’ Żvilupp għall-Iraq skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet UNSC 1483(2003) u 1956(2010).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1210
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|