|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.B'deroga mill-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri indikati fil-websajts elenkati fl-Anness V jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a)
il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew ta’ arbitraġġ stabbilit qabel it-22 ta’ Mejju 2003 jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew ta’ arbitraġġ li tkun ingħatat qabel dik id-data;
(b)
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet derivanti minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li għandhom tali pretensjonijiet;
(ċ)
jekk il-pretensjoni tiġi sodisfatta, dan ma jkunx bi ksur tar-Regolament (KEE) Nru 3541/92; u
(d)
ir-rikonoxximent tar-rahan jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|