|
+Artikolu 79 Reviżjoni tar-Regolament |
Artikolu 79 Reviżjoni tar-RegolamentArtikolu 79 Reviżjoni tar-Regolament Ħames snin wara l-aħħar dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fuq l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u proposti għall-emendi, meta approprjat. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, janalizza l-proprjetà ta': (a) l-permess ta' l-allokazzjoni ta' l-uffiċju ewlieni ta' l-SCE u ta' l-indirizz uffiċjali fi Stati Membri differenti; (b) l-permess ta' dispożizzjonijiet fl-istatuti ta' SCE adottati minn Stat Membru fl-eżekuzzjoni ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-Istati Membri minn dan ir-Regolament jew liġijiet adottati biex jassiguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament rigward l-SCEs li jiddevjaw minn, jew li huma kumplimentarji ma', dawn il-liġijiet, anke meta dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex awtorizzati fl-istatuti ta' kooperattiva li għandha l-indirizz uffiċjali fl-Istat Membru; (ċ) l-permess ta' dispożizzjonijiet li jawtorizzaw lill-SCE biex tinqasam f'żewġ kooperattivi nazzjonali jew iktar: (d) l-permess ta' rimedji legali speċifiċi fil-każ ta' frodi jew ta' żball waqt ir-reġistrazzjoni ta' SCE stabbilita permezz ta' għaqda. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|