+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) 

“offerta ta’ xiri” jew “offerta” għandhom ifissru offerta pubblika (minbarra mill-kumpannija li qed tirċievi l-offerta innifisha) magħmula lid-detenturi tas-sigurtajiet ta’ kumpannija għax-xiri ta’ parti jew is-sigurtajiet kollha msemmija, kemm jekk obbligatorja kif ukoll jekk volontarja, liema offerta ssir wara jew ikollha bħala l-għan tagħha x-xiri tal-kontroll tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta skond il-liġi nazzjonali;

(b) 

“kumpannija li qed tirċievi l-offerta” għandha tfisser kumpannija li s-sigurtajiet tagħha ikunu suġġetti għall-offerta;

(ċ) 

“min qed jagħmel l-offerta” għandha tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali regolata mil-liġi pubblika jew privata li qed tagħmel l-offerta;

(d) 

“persuni li qed jaħdmu flimkien” għandha tfisser persuni naturali jew legali li jikkoperaw ma’ min qed jagħmel l-offerta jew mal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta, fuq bażi ta’ ftehim li jsir b’mod espliċitu jew taċitu, jew b’mod verbali jew miktub, li jkun immirat kemm għax-xiri tal-kontroll tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u kemm għat-tfixkil mis-suċċess ta’ offerta;

(e) 

“sigurtajiet” għandha tfisser sigurtajiet trasferibbli bi drittijiet tal-vot f’kumpannija;

(f) 

“partijiet għall-offerta” għandha tfisser dak li qed jagħmel l-offerta, il-membri tal-bord ta’ min qed jagħmel l-offerta jekk min qed jagħmel l-offerta tkun kumpannija, il-kumpannija li tirċievi l-offerta, id-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u l-membri tal-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u l-persuni li jaħdmu flimkien ma’ partijiet bħal dawn;

(g) 

“sigurtajiet b’voti multipli” għandha tfisser sigurtajiet inklużi fi klassi distinta u separata li jkollhom aktar minn vot kull wieħed.

Artikolu 2 2.
Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(d), persuni ikkontrollati minn persuni oħra skond l-Artikolu 87 tad-Direttiva 2001/34/KE ( 2 ) għandhom jitqiesu bħala persuni li jaħdmu flimkien mal-persuna l-oħra u ma’ xulxin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.