|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:
(a)
“offerta ta’ xiri” jew “offerta” għandhom ifissru offerta pubblika (minbarra mill-kumpannija li qed tirċievi l-offerta innifisha) magħmula lid-detenturi tas-sigurtajiet ta’ kumpannija għax-xiri ta’ parti jew is-sigurtajiet kollha msemmija, kemm jekk obbligatorja kif ukoll jekk volontarja, liema offerta ssir wara jew ikollha bħala l-għan tagħha x-xiri tal-kontroll tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta skond il-liġi nazzjonali;
(b)
“kumpannija li qed tirċievi l-offerta” għandha tfisser kumpannija li s-sigurtajiet tagħha ikunu suġġetti għall-offerta;
(ċ)
“min qed jagħmel l-offerta” għandha tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali regolata mil-liġi pubblika jew privata li qed tagħmel l-offerta;
(d)
“persuni li qed jaħdmu flimkien” għandha tfisser persuni naturali jew legali li jikkoperaw ma’ min qed jagħmel l-offerta jew mal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta, fuq bażi ta’ ftehim li jsir b’mod espliċitu jew taċitu, jew b’mod verbali jew miktub, li jkun immirat kemm għax-xiri tal-kontroll tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u kemm għat-tfixkil mis-suċċess ta’ offerta;
(e)
“sigurtajiet” għandha tfisser sigurtajiet trasferibbli bi drittijiet tal-vot f’kumpannija;
(f)
“partijiet għall-offerta” għandha tfisser dak li qed jagħmel l-offerta, il-membri tal-bord ta’ min qed jagħmel l-offerta jekk min qed jagħmel l-offerta tkun kumpannija, il-kumpannija li tirċievi l-offerta, id-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u l-membri tal-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u l-persuni li jaħdmu flimkien ma’ partijiet bħal dawn;
(g)
“sigurtajiet b’voti multipli” għandha tfisser sigurtajiet inklużi fi klassi distinta u separata li jkollhom aktar minn vot kull wieħed. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|