+Artikolu 4 Awtorità superviżorja u l-liġi applikabbli
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
|
Artikolu 4 Awtorità superviżorja u l-liġi applikabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni ta’ l-offerti għall-għanijiet tar-regoli li huma jagħmlu jew jintroduċu skond din id-Direttiva. Għalhekk l-awtoritajiet maħtura għandhom ikunu jew awtoritajiet pubbliċi, assoċjazzjonijiet jew korpi privati rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew mill-awtoritajiet pubbliċi li speċifikament ikunu mogħtija l-poter għal dak l-iskop mil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawk il-ħatriet, u għandhom jispeċifikaw kull diviżjoni fix-xogħolijiet li tista’ ssir. Huma għandhom jassiguraw li dawk l-awtoritajiet iwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod imparzjali u indipendenti mill-partijiet kollha għall-offerta.
|
|
Artikolu 4 2.
|
(a)
L-awtorità kompetenti biex tissorvelja l-offerta għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru fejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkollha l-uffiċċju tagħha irreġistrat, jekk is-sigurtajiet ta’ dik il-kumpannija jkunu aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat f’dak l-Istat Membru.
(b)
Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ma jkunux aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat fl-Istat Membru fejn il-kumpannija jkollha l-uffiċċju irreġistrat, l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni ta’ l-offerta għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru fejn is-sigurtajiet tal-kumpannija jkunu aċċettati għall-kummerċ.
Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jiġu aċċettati għall-kummerċ fl-iswieq regolati f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-offerta għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru fejn is-sigurtajiet kienu l-ewwel aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat.
(ċ)
Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta kienu aċċettati għall-ewwel darba għall-kummerċ fis-swieq regolati f’aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin, il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandha tiddeċiedi liema mill-awtoritajiet superviżorji ta’ dawk l-Istati Membri għandha tkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-offerta billi tavża lil dawk is-swieq regolati u lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom fl-ewwel ġurnata tal-kummerċ.
Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ikunu diġà ġew aċċettati għall-kummerċ fis-swieq regolati f’aktar minn Stat Membru wieħed fid-data stabbilita fl-Artikolu 21(1) u kienu aċċettati fl-istess żmien, l-awtoritajiet superviżorji ta’ dawk l-Istati Membri għandhom jiftehmu liem minnhom għandha tkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-offerta f’perjodu ta’ erba’ ġimgħat mid-data stabbilita fl-Artikolu 21(1). Jekk dan ma jkunx il-każ, il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandha tiddeċiedi liem minn dawk l-awtoritajiet għandha tkun l-awtorità kompetenti fl-ewwel ġurnata tal-kummerċ wara dak il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat.
(d)
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjonijiet imsemmija f’(ċ) isiru pubbliċi.
(e)
Fil-każi msemmija f’(b) u (ċ), il-materji li għandhom x’jaqsmu mal-konsiderazzjoni offruta f’każ ta’ offerta, b’mod partikolari il-prezz, u l-materji relatati mal-proċedura ta’ l-offerta, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni ta’ min qed jagħmel l-offerta biex jagħmel l-offerta, il-kontenut tad-dokument ta’ l-offerta u l-iżvelar ta’ l-offerta, għandhom jiġu trattati skond ir-regoli ta’ l-Istati Membri ta’ l-awtorità kompetenti. F’materji relatati ma’ l-informazzjoni li għandha tiġi ipprovduta lill-impjegati tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u f’materji relatati mal-liġi tal-kumpannija, b’mod partikolari il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot li jagħti l-kontroll u kwalunkwe deroga mill-obbligu li tinħareġ offerta, kif ukoll il-kondizzjonijiet skond liema l-bord tal-kumpannija li qed tagħmel l-offerta jista’ jieħu azzjoni li tista’ tirriżulta fil-frustrazzjoni ta’ l-offerta, ir-regoli applikabbli u l-awtorità kompetenti għandhom ikunu dawk ta’ l-Istat Membru fejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkollha l-uffiċċju tagħha irreġistrat.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-persuni kollha impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet superviżorji tagħhom ikunu marbuta bis-sigriet professjonali. L-ebda informazzjoni koperta bis-sigriet professjonali ma tista tiġi mgħoddija lil kwalunkwe persuna jew awtorità ħlief taħt id- disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet superviżorji ta’ l-Istati Membri u l-awtoritajiet l-oħra li jissorveljaw l-iswieq kapitali, b’mod partikolari skond id-Direttiva 93/22/KEE, id-Direttiva 2001/34/KE, id-Direttiva 2003/6/KE u d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 fuq il-prospektus li għandu jiġi ippubblikat meta s-sigurtajiet jiġu offruti lill-pubbliku jew aċċettati għall-kummerċ, għandhom jikkoperaw u jagħtu lil xulxin informazzjoni fejn meħtieġ għall-applikazzjoni tar-regoli magħmula skond din id-Direttiva u b’mod partikolari fil-każi koperti fil-paragrafi 2(b), (ċ) u (e). L-informazzjoni skambjata b’dan il-mod għandha tkun koperta bl-obbligu tas-sigriet professjonali li għalih huma suġġetti l-persuni impjegati jew li qabel kienu impjegati mill-awtoritajiet superviżorji li qed jirċievu l-informazzjoni. Il-koperazzjoni għandha tinkludi l-kapaċità li jiġu mgħoddija d-dokumenti legali neċessarji biex jiġu nforzati l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti relatati ma’ l-offerti kif ukoll għajnuna oħra simili li tista’ tintalab b’mod raġonevoli mill-awtoritajiet superviżorji li jkunu ikkonċernati mill-iskop ta’ l-investigazzjoni ta’ kull ksur ta’ regoli attwali jew allegati li jsiru jew li jkunu introdotti skond din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom il-poteri kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom, inkluż dak li jassiguraw li l-partijiet ta’ l-offerta jikkonformaw mar-regoli magħmula jew introdotti skond din id-Direttiva. Waqt li jkun ipprovdut li l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ikunu rispettati, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu fir-regoli li huma jagħmlu jew jintroduċu skond din id-Direttiva għad-derogi minn dawk ir-regoli:
(i)
billi jinkludu derogi ta’ dan it-tip fir-regoli nazzjonali tagħhom, sabiex jieħdu kont taċ-ċirkostanzi stabbiliti fuq livell nazzjonali
u/jew
(ii)
billi jagħtu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, fejn dawn ikunu kompetenti, il-poteri li jinjoraw regoli nazzjonali bħal dawn, biex jieħdu kont taċ-ċirkostanzi msemmija f’(i) jew f’ċirkostanzi speċifiċi oħra fejn deċiżjoni raġonevoli tkun meħtieġa.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva ma japplikax f’każ ta’ applikazzjoni ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
) jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
).
|
|
Artikolu 4 6.
|
Din id-Direttiva m’għandiex tolqot il-poter ta’ l-Istati Membri biex dawn jaħtru awtoritajiet ġudizzjarji jew oħrajn responsabbli biex jieħdu ħsieb kwistjonijiet u biex jiddeċiedu fuq irregolaritajiet magħmula waqt l-offerti jew il-poter ta’ l-Istati Membri li jirregolaw taħt liema ċirkostanzi l-partijiet ta’ l-offerta jkunu intitolati jressqu proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji. B’mod partikolari, din id-Direttiva m’għandiex tolqot il-poter li l-qrati jista’ jkollhom fi Stat Membru biex dawn jiċħdu s-smiegħ tal-proċeduri legali u biex jiddeċiedu jekk proċeduri bħal dawn jolqtux ir-riżultat ta’ l-offerta jew le. Din id-Direttiva m’għandiex taffettwa l-poter ta’ l-Istati Membri li jiddeterminaw il-posizzjoni legali li tikkonċerna r-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet superviżorji jew li tikkonċerna l-kwistjonijiet bejn il-partijiet ta’ l-offerta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|