+Artikolu 4 2.

Artikolu 4 2.

(a) 

L-awtorità kompetenti biex tissorvelja l-offerta għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru fejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkollha l-uffiċċju tagħha irreġistrat, jekk is-sigurtajiet ta’ dik il-kumpannija jkunu aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat f’dak l-Istat Membru.

(b) 

Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ma jkunux aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat fl-Istat Membru fejn il-kumpannija jkollha l-uffiċċju irreġistrat, l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni ta’ l-offerta għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru fejn is-sigurtajiet tal-kumpannija jkunu aċċettati għall-kummerċ.

Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jiġu aċċettati għall-kummerċ fl-iswieq regolati f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-offerta għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru fejn is-sigurtajiet kienu l-ewwel aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat.

(ċ) 

Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta kienu aċċettati għall-ewwel darba għall-kummerċ fis-swieq regolati f’aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin, il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandha tiddeċiedi liema mill-awtoritajiet superviżorji ta’ dawk l-Istati Membri għandha tkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-offerta billi tavża lil dawk is-swieq regolati u lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom fl-ewwel ġurnata tal-kummerċ.

Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ikunu diġà ġew aċċettati għall-kummerċ fis-swieq regolati f’aktar minn Stat Membru wieħed fid-data stabbilita fl-Artikolu 21(1) u kienu aċċettati fl-istess żmien, l-awtoritajiet superviżorji ta’ dawk l-Istati Membri għandhom jiftehmu liem minnhom għandha tkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-offerta f’perjodu ta’ erba’ ġimgħat mid-data stabbilita fl-Artikolu 21(1). Jekk dan ma jkunx il-każ, il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandha tiddeċiedi liem minn dawk l-awtoritajiet għandha tkun l-awtorità kompetenti fl-ewwel ġurnata tal-kummerċ wara dak il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat.

(d) 

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjonijiet imsemmija f’(ċ) isiru pubbliċi.

(e) 

Fil-każi msemmija f’(b) u (ċ), il-materji li għandhom x’jaqsmu mal-konsiderazzjoni offruta f’każ ta’ offerta, b’mod partikolari il-prezz, u l-materji relatati mal-proċedura ta’ l-offerta, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni ta’ min qed jagħmel l-offerta biex jagħmel l-offerta, il-kontenut tad-dokument ta’ l-offerta u l-iżvelar ta’ l-offerta, għandhom jiġu trattati skond ir-regoli ta’ l-Istati Membri ta’ l-awtorità kompetenti. F’materji relatati ma’ l-informazzjoni li għandha tiġi ipprovduta lill-impjegati tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u f’materji relatati mal-liġi tal-kumpannija, b’mod partikolari il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot li jagħti l-kontroll u kwalunkwe deroga mill-obbligu li tinħareġ offerta, kif ukoll il-kondizzjonijiet skond liema l-bord tal-kumpannija li qed tagħmel l-offerta jista’ jieħu azzjoni li tista’ tirriżulta fil-frustrazzjoni ta’ l-offerta, ir-regoli applikabbli u l-awtorità kompetenti għandhom ikunu dawk ta’ l-Istat Membru fejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkollha l-uffiċċju tagħha irreġistrat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.