+Artikolu 6 Informazzjoni dwar l-offerti
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.

Artikolu 6 Informazzjoni dwar l-offerti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjoni biex issir offerta issir pubblika mingħajr dewmien u li l-awtorità superviżorja tkun informata bl-offerta. Huma jistgħu jirrikjedu li l-awtorità superviżorja tkun informata qabel deċiżjoni bħal din issir pubblika. Hekk kif l-offerta ssir pubblika, il-bords tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u tal-kumpannija li qed tagħmel l-offerta għandhom jinfurmaw lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati rispettivi tagħhom jew, fejn ma jkunx hemm dawn ir-rappreżentanti, lill-impjegati nfishom.
Artikolu 6 2.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li min jagħmel l-offerta ikun obbligat jagħmel u joħroġ għall-pubbliku fi żmien raġonevoli dokument li jinkludi l-informazzjoni meħtieġa li twassal lid-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta biex dawn jilħqu deċiżjoni informata tajjeb fuq l-offerta. Qabel ma d-dokument ta’ l-offerta joħroġ għall-pubbliku, min qed jagħmel l-offerta għandu jgħaddih lill-awtorità superviżorja. Meta joħroġ għall-pubbliku, il-bords tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u tal-kumpannija li qed tagħmel l-offerta għandhom jgħadduh lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati rispettivi tagħhom jew, fejn ma jkunx hemm dawn ir-rappreżentanti, lill-impjegati nfishom.

Fejn id-dokument ta’ l-offerta msemmi fl-ewwel subparagrafu ikun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtorità superviżorja u jkun ġie approvat, huwa għandu jiġi rikonoxxut, suġġett għal kwalunkwe traduzzjoni meħtieġa, f’kull Stat Membru ieħor fis-suq fejn is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkunu aċċettati għall-kummerċ, mingħajr ma tkun meħtieġa l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jinħtieġu l-inklużjoni ta’ informazzjoni addizzjonali fid-dokument ta’ l-offerta biss jekk din l-informazzjoni tkun speċifika għas-suq ta’ l-Istat Membru jew l-Istati Membri fejn is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkunu aċċettati għall-kummerċ u tkun tirrelata mal-formalitajiet li jkunu jridu jiġu segwiti biex l-offerta tiġi aċċettata u tirċievi l-konsiderazzjoni xierqa fl-għeluq ta’ l-offerta kif ukoll għall-arranġamenti tat-taxxa li tkun suġġetta għalihom il-konsiderazzjoni offruta lid-detenturi tas-sigurtajiet.

Artikolu 6 3.

Id-dokument ta’ l-offerta msemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi ta’ l-inqas:

(a) 

it-termini ta’ l-offerta;

(b) 

l-identità ta’ min qed jagħmel l-offerta u, fejn min qed jagħmel l-offerta ikun kumpannija, it-tip, l-isem u l-uffiċċju ta’ reġistrazzjoni ta’ dik il-kumpannija;

(ċ) 

is-sigurtajiet jew, fejn xieraq, il-klassi jew il-klassijiet tas-sigurtajiet li għalihom saret l-offerta;

(d) 

il-konsiderazzjoni offruta għal kull sigurtà jew klassi ta’ sigurtajiet u, f’każ ta’ offerta obbligatorja, il-metodu użat biex din ġiet determinata, bid-dettalji tal-mod kif dik il-konsiderazzjoni għandha titħallas;

(e) 

il-kumpens offrut għad-drittijiet li jistgħu jintilfu bħala riżultat tar-regola innovattiva kif stabbilita fl-Artikolu 11(4), bid-dettalji kollha tal-metodi kif il-kumpens għandu jitħallas u l-metodu li ntuża biex dan ġie stabbilit;

(f) 

l-akbar u l-inqas persentaġġi jew kwantitajiet ta’ sigurtajiet li dak li qed jagħmel l-offerta jintrabat li jakkwista;

(g) 

id-dettalji ta’ kwalunkwe assi eżistenti ta’ dak li qed jagħmel l-offerta, u tal-persuni li qed jaħdmu flimkien miegħu/magħha, fil-kumpannija ta’ dak li qed jirċievi l-offerta;

(h) 

il-kondizzjonijiet kollha li l-offerta hija suġġetta għalihom;

(i) 

l-intenzjonijiet ta’ min qed jagħmel l-offerta dwar in-negozju ġejjieni tal-kumpannija ta’ min qed jirċievi l-offerta u, sakemm tkun milquta mill-offerta, il-kumpannija ta’ min jagħmel l-offerta u rigward il-protezzjoni ta’ l-impiegi ta’ l-impjegati u tal-ħaddiema amministrattivi tagħhom, inkluż kwalunkwe bidla materjali fil-kondizzjonijiet ta’ l-impieg, u b’mod partikolari il-pjani strateġiċi għaż-żewġ kumpanniji ta’ dak li qed jagħmel l-offerta u r-riperkussjonijiet fuq l-impieg li jistgħu jseħħu u l-postijiet tan-negozju tal-kumpanniji;

(j) 

il-ħin permess għall-aċċettazzjoni ta’ l-offerta;

(k) 

fejn il-konsiderazzjoni offruta minn għand min jagħmel l-offerta tinkludi xi tip ta’ sigurtajiet, l-informazzjoni li tikkonċerna dawk is-sigurtajiet;

(l) 

informazzjoni rigward il-finanzjament ta’ l-offerta;

(m) 

l-identità tal-persuni li jaġixxu flimkien ma’ min qed jagħmel l-offerta u mal-kumpannija ta’ min qed jirċievi l-offerta u, fil-każ ta’ kumpanniji, it-tipi, l-ismijiet, l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ dak li qed jagħmel l-offerta u, fejn possibli, mal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta;

(n) 

il-liġi nazzjonali li tkun ser tirregola l-kuntratti konklużi bejn dak li qed jagħmel l-offerta u d-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija ta’ min qed jirċievi l-offerta bħala riżultat ta’ l-offerta u l-qrati kompetenti.

Artikolu 6 4.
Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli li jimmodifikaw il-lista fil-paragrafu 3. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).
Artikolu 6 5.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-partijiet għall-offerta jkunu meħtieġa jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ l-Istat Membru tagħhom f’kwalunkwe ħin u fuq talba, l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħhom dwar l-offerta, li tkun neċessarja għall-awtorità ta’ superviżjoni biex din ittemm il-funzjonijiet tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.