+Artikolu 6 3.

Artikolu 6 3.

Id-dokument ta’ l-offerta msemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi ta’ l-inqas:

(a) 

it-termini ta’ l-offerta;

(b) 

l-identità ta’ min qed jagħmel l-offerta u, fejn min qed jagħmel l-offerta ikun kumpannija, it-tip, l-isem u l-uffiċċju ta’ reġistrazzjoni ta’ dik il-kumpannija;

(ċ) 

is-sigurtajiet jew, fejn xieraq, il-klassi jew il-klassijiet tas-sigurtajiet li għalihom saret l-offerta;

(d) 

il-konsiderazzjoni offruta għal kull sigurtà jew klassi ta’ sigurtajiet u, f’każ ta’ offerta obbligatorja, il-metodu użat biex din ġiet determinata, bid-dettalji tal-mod kif dik il-konsiderazzjoni għandha titħallas;

(e) 

il-kumpens offrut għad-drittijiet li jistgħu jintilfu bħala riżultat tar-regola innovattiva kif stabbilita fl-Artikolu 11(4), bid-dettalji kollha tal-metodi kif il-kumpens għandu jitħallas u l-metodu li ntuża biex dan ġie stabbilit;

(f) 

l-akbar u l-inqas persentaġġi jew kwantitajiet ta’ sigurtajiet li dak li qed jagħmel l-offerta jintrabat li jakkwista;

(g) 

id-dettalji ta’ kwalunkwe assi eżistenti ta’ dak li qed jagħmel l-offerta, u tal-persuni li qed jaħdmu flimkien miegħu/magħha, fil-kumpannija ta’ dak li qed jirċievi l-offerta;

(h) 

il-kondizzjonijiet kollha li l-offerta hija suġġetta għalihom;

(i) 

l-intenzjonijiet ta’ min qed jagħmel l-offerta dwar in-negozju ġejjieni tal-kumpannija ta’ min qed jirċievi l-offerta u, sakemm tkun milquta mill-offerta, il-kumpannija ta’ min jagħmel l-offerta u rigward il-protezzjoni ta’ l-impiegi ta’ l-impjegati u tal-ħaddiema amministrattivi tagħhom, inkluż kwalunkwe bidla materjali fil-kondizzjonijiet ta’ l-impieg, u b’mod partikolari il-pjani strateġiċi għaż-żewġ kumpanniji ta’ dak li qed jagħmel l-offerta u r-riperkussjonijiet fuq l-impieg li jistgħu jseħħu u l-postijiet tan-negozju tal-kumpanniji;

(j) 

il-ħin permess għall-aċċettazzjoni ta’ l-offerta;

(k) 

fejn il-konsiderazzjoni offruta minn għand min jagħmel l-offerta tinkludi xi tip ta’ sigurtajiet, l-informazzjoni li tikkonċerna dawk is-sigurtajiet;

(l) 

informazzjoni rigward il-finanzjament ta’ l-offerta;

(m) 

l-identità tal-persuni li jaġixxu flimkien ma’ min qed jagħmel l-offerta u mal-kumpannija ta’ min qed jirċievi l-offerta u, fil-każ ta’ kumpanniji, it-tipi, l-ismijiet, l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ dak li qed jagħmel l-offerta u, fejn possibli, mal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta;

(n) 

il-liġi nazzjonali li tkun ser tirregola l-kuntratti konklużi bejn dak li qed jagħmel l-offerta u d-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija ta’ min qed jirċievi l-offerta bħala riżultat ta’ l-offerta u l-qrati kompetenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.