+Artikolu 10 Informazzjoni fuq kumpanniji msemmija fl-Artikolu 1(1)
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.

Artikolu 10 Informazzjoni fuq kumpanniji msemmija fl-Artikolu 1(1)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kumpanniji kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) jippubblikaw informazzjoni dettaljata fuq li ġej:

(a) 

l-istruttura tal-kapital tagħhom, inklużi s-sigurtajiet li mhumiex aċċettati għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru, u fejn xieraq b’indikazzjoni tal-klassijiet differenti ta’ l-ishma u, għal kull klassi ta’ l-ishma, id-drittijiet u l-obbligi relatati magħhom u l-persentaġġ tal-kapital totali mill-ishma li jirrapreżenta;

(b) 

kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ sigurtajiet, bħal limitazzjonijiet fuq id-detenzjoni ta’ sigurtajiet jew il-bżonn li tinkiseb l-approvazzjoni tal-kumpannija jew ta’ detenturi oħrajn tas-sigurtajiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46 tad-Direttiva 2001/34/KE;

(ċ) 

pussess ta’ ishma diretti jew indiretti sinnifikanti (inkluż il-pussess ta’ ishma indiretti permezz ta’ strutturi piramidali u pussess ta’ ishma maqsuma) fis-sens ta’ l-Artikolu 85 tad-Direttiva 2001/34/KE;

(d) 

id-detenturi ta’ kwalunkwe sigurtajiet bi drittijiet speċjail ta’ kontroll u d-deskrizzjoni ta’ dawn id-drittijiet;

(e) 

is-sistema ta’ kontroll ta’ kull skema ta’ ishma għall-impjegati fejn id-drittijiet tal-kontroll ma jkunux eżerċitati direttament mill-impjegati;

(f) 

kwalunkwe restrizzjoni fuq id-drittijiet tal-vot, bħal limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-vot ta’ persentaġġ magħruf jew numru ta’ voti għad-detenturi, fuq termini perentorji għall-eserċitar ta’ drittijiet tal-vot, jew fuq sistemi li permezz tagħhom, bil-koperazzjoni tal-kumpannija, id-drittijiet finanzjarji relatati mas-sigurtajiet ikunu separati mid-detenzjoni tas-sigurtajiet;

(g) 

il-ftehim kollu bejn l-azzjonisti li l-kumpannija tkun mgħarrfa bihom u li jistgħu jirriżultaw f’restrizzjonijiet għat-trasferiment ta’ sigurtajiet u/jew drittijiet ta’ votazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2001/34/KE;

(h) 

ir-regoli li jirregolaw il-ħatra u t-tibdil ta’ membri tal-bord u l-emendi ta’ l-artikoli ta’ assoċjazzjoni;

(i) 

il-poteri tal-membri tal-bord, u b’mod partikolari il-poter li joħorġu jew jerġgħu jixtru l-ishma;

(j) 

kwalunkwe ftehim sinnifikanti li l-kumpannija tkun parti minnhom u li jidħlu fis-seħħ, jinbidlu jew jintemmu hekk kif isseħħ il-bidla fil-kontroll wara l-offerta ta’ xiri, u l-effetti tagħhom, ħlief f’każi fejn l-iżvelar tal-ftehim jista’ jippreġudika lill-kumpannija; din l-eċċezzjoni m’għandiex tapplika meta l-kumpannija tkun speċifikament obbligata tiżvela din l-informazzjoni fuq bażi ta’ ħtiġiet oħra legali;

(k) 

kwalunkwe ftehim bejn il-kumpannija u l-membri tal-bord jew l-impjegati li jipprovdu għall-kumpens jekk huma jirriżenjaw jew jekk jispiċċaw bla xogħol mingħajr raġuni valida jew jekk l-impieg tagħhom jintemm minħabba offerta ta’ xiri.

Artikolu 10 2.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ippubblikata fir-rapport annwali tal-kumpannija kif ipprovdut fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 78/660/KEE ( 5 ) u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 83/349/KEE ( 6 ).
Artikolu 10 3.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fil-każ ta’ kumpanniji li s-sigurtajiet tagħhom ikunu aċċettati għall-kummerċ f’suq regolat ta’ Stat Membru, l-bord jippreżenta rapport ta’ spjegazzjoni lill-azzjonisti fil-laqgħa ġenerali annwali fuq il-materji msemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0025
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.