|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kumpanniji kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) jippubblikaw informazzjoni dettaljata fuq li ġej:
(a)
l-istruttura tal-kapital tagħhom, inklużi s-sigurtajiet li mhumiex aċċettati għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru, u fejn xieraq b’indikazzjoni tal-klassijiet differenti ta’ l-ishma u, għal kull klassi ta’ l-ishma, id-drittijiet u l-obbligi relatati magħhom u l-persentaġġ tal-kapital totali mill-ishma li jirrapreżenta;
(b)
kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ sigurtajiet, bħal limitazzjonijiet fuq id-detenzjoni ta’ sigurtajiet jew il-bżonn li tinkiseb l-approvazzjoni tal-kumpannija jew ta’ detenturi oħrajn tas-sigurtajiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46 tad-Direttiva 2001/34/KE;
(ċ)
pussess ta’ ishma diretti jew indiretti sinnifikanti (inkluż il-pussess ta’ ishma indiretti permezz ta’ strutturi piramidali u pussess ta’ ishma maqsuma) fis-sens ta’ l-Artikolu 85 tad-Direttiva 2001/34/KE;
(d)
id-detenturi ta’ kwalunkwe sigurtajiet bi drittijiet speċjail ta’ kontroll u d-deskrizzjoni ta’ dawn id-drittijiet;
(e)
is-sistema ta’ kontroll ta’ kull skema ta’ ishma għall-impjegati fejn id-drittijiet tal-kontroll ma jkunux eżerċitati direttament mill-impjegati;
(f)
kwalunkwe restrizzjoni fuq id-drittijiet tal-vot, bħal limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-vot ta’ persentaġġ magħruf jew numru ta’ voti għad-detenturi, fuq termini perentorji għall-eserċitar ta’ drittijiet tal-vot, jew fuq sistemi li permezz tagħhom, bil-koperazzjoni tal-kumpannija, id-drittijiet finanzjarji relatati mas-sigurtajiet ikunu separati mid-detenzjoni tas-sigurtajiet;
(g)
il-ftehim kollu bejn l-azzjonisti li l-kumpannija tkun mgħarrfa bihom u li jistgħu jirriżultaw f’restrizzjonijiet għat-trasferiment ta’ sigurtajiet u/jew drittijiet ta’ votazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2001/34/KE;
(h)
ir-regoli li jirregolaw il-ħatra u t-tibdil ta’ membri tal-bord u l-emendi ta’ l-artikoli ta’ assoċjazzjoni;
(i)
il-poteri tal-membri tal-bord, u b’mod partikolari il-poter li joħorġu jew jerġgħu jixtru l-ishma;
(j)
kwalunkwe ftehim sinnifikanti li l-kumpannija tkun parti minnhom u li jidħlu fis-seħħ, jinbidlu jew jintemmu hekk kif isseħħ il-bidla fil-kontroll wara l-offerta ta’ xiri, u l-effetti tagħhom, ħlief f’każi fejn l-iżvelar tal-ftehim jista’ jippreġudika lill-kumpannija; din l-eċċezzjoni m’għandiex tapplika meta l-kumpannija tkun speċifikament obbligata tiżvela din l-informazzjoni fuq bażi ta’ ħtiġiet oħra legali;
(k)
kwalunkwe ftehim bejn il-kumpannija u l-membri tal-bord jew l-impjegati li jipprovdu għall-kumpens jekk huma jirriżenjaw jew jekk jispiċċaw bla xogħol mingħajr raġuni valida jew jekk l-impieg tagħhom jintemm minħabba offerta ta’ xiri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|