|
+Artikolu 8 L-ispejjeż ta' prevenzjoni u rimedju ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. ---+Article 8 4. ---+Article 8 5. |
Artikolu 8 L-ispejjeż ta' prevenzjoni u rimedjuArtikolu 8 L-ispejjeż ta' prevenzjoni u rimedju 1. L-operatur għandu jbati l-ispejjeż għal l-azzjoni ta' prevenzjoni u rimedju li ittieħdu skond din id-Direttiva. 2. Bla ħsara lill-paragrafi 3 u 4, l-awtorità kompetenti għandha tirkupra, inter alia, permezz ta' l-garanzija fuq il-proprjetà jew garanziji oħra xierqa mill-operatur li ikkawża d-danni jew il-periklu iminenti ta' danni, l-ispejjeż li ntefqu f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri ta' prevenzjoni jew rimedju li ittieħdu skond din id-Direttiva. Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma tirkuprax l-ispejjeż kollha meta l-ispiża biex irkupra l-ispejjeż tkun akbar mis-somma li għandha tkun irkuprata jew meta l-operatur ma jistax jiġi identifikat. 3. L-operatur m'għandux ikun mitlub jbati l-ispejjeż tal-miżuri ta' prevenzjoni jew rimedju mwettqa skond din id-Direttiva meta jista' juri li d-danni ambjentali jew il-periklu iminenti ta' danni ambjentali: (a) kienu kkawżati minn terza persuna u seħħew minkejja li miżuri ta' sigurità xierqa kienu f'posthom; jew (b) huma r-riżultat ta' konformità ma ordni jew istruzzjoni ta' bilfors minn awtorità pubblika ħlief ordni jew istruzzjoni li ħarġet wara emissjoni jew każ ikkawżat mil l-attivitajiet ta' l-operatur proprju. F'dawn il-każijiet L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jgħinu lil l-operatur jirkupra l-ispejjeż li nefaq. 4. l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operatur ma jbatix l-ispejjez ta' miżuri ta' rimedju mwettqa skond din id-Direttiva meta juri li hu ma kellux tort jew ma kienx negliġenti u li d-danni ambjentali kienu ikkawżat minn: (a) emissjoni jew każ espressament awtorizzat minn, u interament skond il-kondizzjonijiet ta', awtorizazzjoni mogħtija minn jew mogħtija skond liġi u regolamenti nazzjonali applikabbli li jimplimentaw miżuri ta' leġislazzjoni adottati mill-Komunità speċifikati fl-Anness III, kif kienu applikati fid-data ta' l-emissjoni jew il-każ; (b) emissjoni jew attività jew kull mod ta' użu ta' prodott waqt attività li l-operatur juri ma kienitx meqjusa li x'aktarx tikkawża danni ambjentali skond l-istat ta' l-informazzjoni teknika u xjentifika meta l-emissjoni kienet rilaxxata jew meta l-attività seħħet. 5. Il-miżuri li tieħu l-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 5(3) u (4) u l-Artikolu 6(2) u (3) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabilità ta' l-operatur relevanti skond din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għal l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|