+Artikolu 3 Rekwiżiti
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.

Artikolu 3 Rekwiżiti

Rekwiżiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-prodotti elenkati fl-Anness I huma mqiegħda fis-suq fit-teritorju tagħhom wara d-dati stabbiliti fl-Anness II biss jekk ikollhom kontenut ta' VOC li ma jeċċedix il-valuri ta' limitu stabbiliti fl-Anness II u li jikkonformaw ma' l-Artikolu 4.

Sabiex ikun stabbilit il-konformità mal-valuri ta' limitu stabbiliti fl-Anness II, għandhom jintużaw il-metodi analitiki li msemmija fl-Anness III.

Għal prodotti elenkati fl-Anness I li magħhom ikunu ġew miżjuda solventi jew ►C1  komposti ◄ oħrajn li fihom ikun jinsabu solventi sabiex il-prodott ikun magħmul u lest, il-valuri ta' limitu fl-Anness II għandhom japplikaw għal kontenut ta' VOC fil-prodott fil-kondizzjoni tiegħu magħmul u lest.

Artikolu 3 2.
Bħala deroga minn paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw milli jikkonformu mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq prodotti mibjugħin għal użu ekslussiv f'attività koperta mid-Direttiva 1999/13/EC liemha attività issir fi stallazzjoni reġistrata jew awtorizzata skond l-Arikoli 3 u 4 ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 3 3.
Għall-iskopijiet ta' restorazzjoni jew manutenzjoni ta' bini u vetturi klassiċi li huma innominati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma ta' valur storiku jew kulturali partikolari, Stati Membri jistgħu jagħtu liċenzi individwali għal bejgħ u xiri f'kwantitajiet strettament limitati ta' prodotti li ma jikkonformawx mal-valuri ta' limitu ta' VOC hekk kif inhu stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 3 4.
Prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiv li jintwerew li kienu magħmulin qabel id-dati stabbiliti fl-Anness II u li ma jaderixxux mar-rekwiżiti ta' paragrafu 1 jistgħu jitqiegħdu fis-suq għal perjodu ta' tnax-il xahar wara d-data li fiha ir-rekwiżit li japplika għal prodott imsemmi tidħol fis-seħħ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0042
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.