|
+Artikolu 9 Reviżjoni |
Artikolu 9 ReviżjoniArtikolu 9 Reviżjoni Il-Kummissjoni hija mistiedna biex tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
1.
sa mhux aktar tard mis-sena 2008, rapport ibbażat fuq ir-riżultati tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/81/EC. Dan ir-rapport għandu jeżamina:
(a)
l-iskop wiesa u l-potenzal biex isir tnaqqis fil-kontenut ta' VOC fi prodotti barra mill-iskop ta' din id-Direttiva inklużi aerosoli għal żebgħa u lostri;
(b)
il-possibiltà ta' l-introduzzjoni ta' aktar tnaqqis (fażi II) fil-kontenut ta' VOC fi prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi;
(ċ)
kwalunkwe element ġdid konness ma' l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-applikazzjoni ta' fażi II kif inhu previst għal żebgħa u lostri;
2.
mhux aktar tard minn 30 xahar wara d-data ta' implimentazzjoni tal-valuri ta' limitu għal kontenut ta' VOC fl-Anness II fażi II, rapport li jikkunsidra, partikolarment, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7 u ta' kwalunkwe żviluppi teknoloġiċi fil-manifattura taż-żebħa, lostri u prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid. Dan ir-rapport għandu jeżamina l-iskop wies u l-potenzal li jsir aktar tnaqqis fil-kontenut ta' VOC fi prodotti fl-iskop ta' din id-Direttiva, inkluż il-possibiltà ta' distinzjoni bejn żebgħ li tintużha għal ġewwa u għal barra f'sottokategoriji (d) u (e) ta' l-Anness1, punt 1.1. u l-Anness II, taqsima A. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati, jekk ikun xieraq, bi proposti biex jemendu din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|