|
+Artikolu 1 Il-miri |
Artikolu 1 Il-miriArtikolu 1 Il-miri L-għanijiet ta’ din id-Direttiva huma li: (a) tistabbilixxi valur ta’ mira għall-konċentrazzjoni ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali sabiex jiġu evitati, impeduti jew imnaqqsa l-effetti ta’ ħsara ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent in ġenerali; (b) tiżgura, fir-rigward ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi, li l-kwalità ta’ l-arja ambjentali tinżamm fejn tkun tajba u tittejjeb F’każijiet oħra; (ċ) tiddetermina metodi u kriterji komuni għall-stima ta’ konċentrazzjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliikliċi fl-arja ambjentali kif ukoll għad-depożizzjoni ta’ arseniku, kadmju, merkurju, nikil u idrokarboni aromatiċi poliċikliċi; (d) tiżgura li tinkiseb informazzjoni xierqa dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali kif ukoll dwar id-depożizzjoni ta’ arseniku, kadmju, merkurju, nikil u idrokarboni aromatiċi poliċikliċi u tiżgura li tkun aċċessibbli għall-pubbliku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|