+ID-DIRETTIVA 2004/107/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali
---+Artikolu 1 Il-miri
---+Artikolu 2 Id-definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Il-valuri ta’ mira
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
---+Artikolu 4 L-istima ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali ta’ rati u d-depożizzjoni
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
------+Article 4 5.
------+Article 4 6.
------+Article 4 7.
------+Article 4 8.
------+Article 4 9.
------+Article 4 10.
------+Article 4 11.
------+Article 4 12.
------+Article 4 13.
------+Article 4 14.
------+Article 4 15.
---+Artikolu 5 It-Trasmissjoni ta’ informazzjoni u r-rappurtar
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
------+Article 5 4.
---+Artikolu 6 Il-kumitat
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
---+Artikolu 7 L-informazzjoni pubblika
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
------+Article 7 3.
---+Artikolu 8 Ir-rapportar u r-reviżjoni
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
---+Artikolu 9 Il-pieni
---+Artikolu 10 L-implimentazzjoni
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
---+Artikolu 11 Id-dħul fis-seħħ
---+Artikolu 12 Id-destinatarji
---+ANNESS I
---+ANNESS II Determinazzjoni tar-rekwiżiti għall-istima tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali ġewwa żona jew agglomerazzjoni
---+ANNESS III Is-siti u n-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u ta’ rati ta’ depożizzjoni
---+ANNESS IV Għanijiet ta’ kwalità tad-datau ħtiġijiet għall-mudelli tal-kwalità ta’ l-arja
---+ANNEX V Il-metodi ta’ referenza għall-istima tal-konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u r-rati ta’ depożizzjoni
|
English -
European Union -
Environment -
ID-DIRETTIVA 2004/107/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali
ID-DIRETTIVA 2004/107/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Il-miri
|
Artikolu 1 Il-miri L-għanijiet ta’ din id-Direttiva huma li:
(a) tistabbilixxi valur ta’ mira għall-konċentrazzjoni ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali sabiex jiġu evitati, impeduti jew imnaqqsa l-effetti ta’ ħsara ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent in ġenerali;
(b) tiżgura, fir-rigward ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi, li l-kwalità ta’ l-arja ambjentali tinżamm fejn tkun tajba u tittejjeb F’każijiet oħra;
(ċ) tiddetermina metodi u kriterji komuni għall-stima ta’ konċentrazzjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliikliċi fl-arja ambjentali kif ukoll għad-depożizzjoni ta’ arseniku, kadmju, merkurju, nikil u idrokarboni aromatiċi poliċikliċi;
(d) tiżgura li tinkiseb informazzjoni xierqa dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali kif ukoll dwar id-depożizzjoni ta’ arseniku, kadmju, merkurju, nikil u idrokarboni aromatiċi poliċikliċi u tiżgura li tkun aċċessibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 2 Id-definizzjonijiet
|
Artikolu 2 Id-definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/62/KE, bl-eċċezzjoni tad-definzzjoni “valur ta’ mira”, għandhom japplikaw. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
|
(a)
|
“valur ta’ mira”tfisser konċentrazzjoni fl-arja ambjentali ffissata bil-għan li jiġu evitati, impeduti jew imnaqqsa l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent in ġenerali, li għandu jintlaħaq fejn possibbli matul perjodu speċifikat;
|
|
(b)
|
“depożizzjoni totali jew komplessiva”tfisser il-massa totali ta’ sustanzi li jniġġsu li tiġi trasferita mill-atmosfera għal fuq l-uċuħ (eż. ta’ ħamrija, veġetazzjoni, ilma, bini, eċċ.) F’żona speċifikata fi żmien speċifikat;
|
|
(ċ)
|
“il-limitu ta’ stima superjuri”tfisser livell speċifikat fl-Anness II li taħtu taħlita ta’ kejl u tekniki ta’ mudellar jistgħu jintużaw sabiex tiġi stmata l-kwalità ta’ l-arja ambjentali, skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 96/62/KE;
|
|
(d)
|
“il-limitu ta’ stima inferjuri”tfisser livell speċifikat fl-Anness II li taħtu l-użu biss ta’ tekniki ta’ mudellar jew ta’ stima objettiva għandha tkun possibbli sabiex tiġi stmata l-kwalità ta’ l-arja ambjentali, skond l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 96/62/KE;
|
|
(e)
|
“kejl fiss”tfisser kejl li jkun sar f’siti fissi kemm b’mod kontinwu jew permezz ta’ kampjuni każwali, skond l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 96/62/KE;
|
|
(f)
|
“arseniku”, “kadmju”, “nikil” u “benzo(a)pirene”tfisser il-kontenut sħiħ ta’ dawn l-elementi u komposti fil-frazzjoni PM10;
|
|
(g)
|
“PM10”tfisser materja ta’ partikolati, li tgħaddi minn daħla li tagħżel id-daqs kif definit fil-EN 12341 b’cut-off ta’ effiċjenza ta’ 50 % iffissat F’dijametru ajrudinamiku ta’ 10 μm;
|
|
(h)
|
“idrokarboni aromatiċi poliċikliċi”tfisser dawk il-komposti organiċi, magħmulin minn ta’ l-inqas żewg anelli aromatiċi maqgħudin fis-sħiħ mill-karbonju u l-idroġenu;
|
|
(i)
|
“merkurju fi stat gassuż totali”jfisser fwar ta’ merkurju elementali (Hg0) u merkurju gassuż reattiv, i.e. speċi ta’ merkurju li jista’ jdub fl-ilma bi pressjoni ta’ fwar għolja biżżejjed biex jeżisti fil-fażi ta’ gass.
|
|
|
Artikolu 3 Il-valuri ta’ mira
|
Artikolu 3 Il-valuri ta’ mira 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, li ma jkunux jinvolvu spejjeż eċċessivi biex jiżguraw li mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-konċentrazzjonijiet ta’ arseniku, kadmju, nikil, u benzo(a)pirene, użati bħala indikaturi għar-riskju karċinoġenu ta’ idrokarboni aromatiċi poliċikliċi, fl-arja ambjentali, kif stmat skond l-Artikolu 4, ma jaqbżux il-valuri ta’ mira stabbiliti fl-Anness I. 2. L-Istati Membri għandhom iħejju lista ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli ta’ arseniku, kadmju, nikil, u benzo(a)pirene huma taħt il-valuri ta’ mira rispettivi. L-Istati Membri għandhom iżommu l-livelli ta’ dawn is-sustanzi li jniġġsu f’dawn iż-żoni u l-agglomerazzjonijiet taħt il-valuri ta’ mira rispettivi u għandhom jagħmlu kull sforz biex jippreservaw l-aqwa kwalità ta’ arja ambjentali, kompatibbli ma’ l-iżvilupp sostenibbli. 3. L-Istati Membri għandhom ifasslu lista taż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn ikunu nqabżu l-valuri ta’ mira stabbiliti fl-Anness I. Għal tali żoni u agglomerazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw iż-żoni fejn ikunu nqabżu u s-sorsi li jikkontribwixxu għal dan il-qbiż. Fl-oqsma kkonċernati, l-Istati Membri għandhom l-applikazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi, diretti b’mod partikolari għas-sorsi predominanti ta’ emissjonijiet, sabiex jintlaħqu l-valuri ta’ mira. Fil-każ ta’ istallazzjonijiet koperti mid-Direttiva 96/61/KE dan ifisser l-applikazzjoni tal-BAT kif definit bl-Artikolu 2(11) ta’ dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 L-istima ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali ta’ rati u d-depożizzjoni
|
Artikolu 4 L-istima ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali ta’ rati u d-depożizzjoni 1. Il-kwalità ta’ l-arja ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene għandha tiġi stmata fit-territorju kollu ta’ l-Istati Membri. 2. Skond il-kriterji msemmija fil-paragrafu 7, il-kejl hu obbligatorju fiż-żoni li ġejjin:
(a) iż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn il-livelli huma bejn il-limitu ta’ stima superjuri u dak inferjuri, u
(b) ż-żoni u agglomerazzjonijiet oħra fejn il-livelli jaqbżu l-livell ta’ stima superjuri.
Il-kejl previst jista’ jiġi ssupplimentat b’tekniki ta’ mudellar sabiex jiġi provdut livell xieraq ta’ informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-arja ambjentali. 3. Tista’ tintuża kombinazzjoni ta’ kejl, inkluż il-kejl indikattiv, kif imsemmija fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness IV, u tekniki ta’ mudellar sabiex tiġi stmata l-kwalità ta’ l-arja ambjentali fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn il-livelli tul perjodu rappreżentattiv huma bejn il-limiti ta’ stima superjuri u inferjuri, skond is-Sezzjoni II ta’ l-Anness II. 4. Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn il-livelli huma taħt il-limiti ta’ stima inferjuri, li jiġi stabbilit skond is-Sezzjoni II ta’ l-Anness II, l-użu waħdieni ta’ tekniki ta’ mudellar jew ta’ stima objettiva għal-livelli ta’ stimi għandu jkun possibbli. 5. Fejn għandhom jitkejjlu s-sustanzi li jniġġsu, l-kejl għandu jsir f’siti fissi sew kontinwament jew permezz ta’ kampjuni każwali. In-numru ta’ kejl għandu jkun suffiċjenti għad-determinazzjoni tal-livelli. 6. Il-livelli ta’ stima superjuri u inferjuri għall-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali għandhom ikunu dawk stabbiliti fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness II. Il-klassifikazzjoni ta’ kull żona jew agglomerazzjoni għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi riveduta mill-anqas kull ħames snin skond il-proċedura stabbilita fis-Sezzjoni II ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva. Il-klassifikazzjoni għandha tiġi riveduta qabel f’każ ta’ bidla sinifikanti fl-attivitajiet rilevanti għall-konċentrazzjonijiet ta’ arseniku, kadmju, nikil u benzo(a)pirene fl-arja ambjentali. 7. Il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil, u il-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali biex tkun stmata l-konformità mal-valuri ta’ mira għandhom ikunu dawk elenkati fis-Sezzjonijiet I u II ta’ l-Anness III. In-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għal kejl fiss ta’ konċentrazzjoni ta’ kull sustanza li tniġġes għandu jkun kif stabbilit fis-Sezzjoni IV ta’ l-Anness III, u għandhom jiġu nstallati f’kull żona jew agglomerazzjoni li fiha hu meħtieġ li jsir kejl jekk il-kejl fiss ikun l-uniku mezz ta’ data dwar il-konċentrazzjonijiet hemmhekk. 8. Sabiex tiġi stmata l-kontribuzzjoni tal-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali, kull Stat Membru għandu jagħmel monitoraġġ ta’ idrokarboni aromatiċi poliċikliċi rilevanti oħra f’numru limitat ta’ siti ta’ kejl. Dawn il-komposti għandhom jinkludu mill-inqas: benzo(a)antraċene, benzo(b)fluworantene, benzo(j)fluworantene, benzo(k)fluworantene, indeno(1,2,3-ċd)pirene, u dibenz(a,h) antraċene. Siti ta’ monitoraġġ għal dawn l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi għandhom jiġu ppostjati mas-siti fejn jittieħdu l-kampjuni ta’ l-benzo(a)pirene u għandhom jintgħażlu b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu identifikati l-varjazzjoni ġeografika u t-tendenzifuq perijodu fit-tul. Għandhom japplikaw is-Sezzjonijiet I, II, u III ta’ l-Anness III.
▼M1
9. Irrispettivament mil-livelli ta' konċentrazzjoni għandu jiġi installat post wieħed fejn jinġabru l-kampjuni ta' sfond kull 100 000 km2 għall-kejl indikattiv fl-arja ambjentali, tal-arseniku, il-kadmju, in-nikil, il-merkurju gassuż totali, il-benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8, u tad-depożizzjoni totali ta' arseniku, kadmju, merkurju, nikil, benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mill-inqas stazzjon ta' kejl wieħed. Madankollu, bi ftehim u skont linji gwida li jridu jiġu mfassla taħt il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 6(2), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu stazzjon jew diversi stazzjonijiet komuni ta' kejl li jkopru ż-żoni ġirien fl-Istati Membri kontigwi, sabiex tintlaħaq riżoluzzjoni tal-ispazju meħtieġ. Il-kejl ta' merkurju bivalenti gassuż u ta' partikulati ta' merkurju hu wkoll rakkomandat. Fejn xieraq, il-monitoraġġ għandu jkun ikkoordinat mal-istrateġija ta' monitoraġġ u l-programm ta' kejl tal-Monitoraġġ u l-Istima ta' Sustanzi li Jniġġsu (EMEP). Is-siti ta' fejn jinġabru l-kampjuni ta' dawn is-sustanzi li jniġġsu għandhom jintgħażlu b'tali mod li l-varjazzjoni ġeografika u t-tendenzi fuq perijodu twil jistgħu jiġu identifikati. Għandhom japplikaw is-Sezzjonijiet I, II, u II tal-Anness III.
▼B
10. L-użu ta’ bio-indikaturi jista’ jkun ikkunsidrat fejn ser jiġu stmati x-xejriet reġjonali ta’ l-impatt fuq eko-sistemi. 11. Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom l-informazzjoni minn stazzjonijiet fissi ta’ kejl tiġi supplimentata b’informazzjoni minn sorsi oħrajn, bħal inventarji ta’ emissjoni, metodi ta’ kejl indikattiv u mudellar tal-kwalità ta’ l-arja, n-numru ta’ stazzjonijiet fissi ta’ kejl li jridu jiġu nstallati u r-riżoluzzjoni ta’ l-ispazju ta’ tekniki oħrajn għandhom ikunu biżżejjed sabiex jiġu stabbiliti l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja skond is-Sezzjoni I ta’ l-Anness III u s-Sezzjoni I ta’ l-Anness IV. 12. L-għanijiet tal-kwalità tad-data huma stabbiliti fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness IV. Fejn għall-istima jintużaw mudelli tal-kwalità ta’ l-arja, għandha tapplika s-Sezzjoni II ta’ l-Anness IV. 13. Il-metodi ta’ referenza għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi ta’ l-arseniku, l-kadmju, l-merkurju, n-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali għandhom ikunu kif stabbilit fis-Sezzjonijiet I, II u III ta’ l-Anness V. Is-sezzjoni IV ta’ l-Anness V għandha tistabbilixxi tekniki ta’ referenza għall-kejl tat-depożizzjoni totali ta’ l-arseniku, il-kadmju, merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi u s-Sezzjoni V ta’ l-Anness V tirreferi għal tekniki ta’ mudellar tal-kwalità ta’ l-arja meta tali tekniki jkunu disponibbli. 14. Id-data sa meta l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni dwar il-metodi użati għall-istima preliminari tal-kwalità ta’ l-arja taħt il-punt (d) ta’ l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/62/KE għandha tkun id-data stabbilita fl-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva.
▼M1
15. Kwalunkwe emenda meħtieġa sabiex jiġu adattati d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u tas-Sezzjoni II tal-Anness II u tal-Annessi III, IV u V għall-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3). Dawn jistgħu ma jirriżultawx f'xi tibdil dirett jew indirett fil-valuri ta' mira.
▼B
|
|
Artikolu 5 It-Trasmissjoni ta’ informazzjoni u r-rappurtar
|
Artikolu 5 It-Trasmissjoni ta’ informazzjoni u r-rappurtar 1. Fir-rigward taż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn jinqabeż xi wieħed mill-valuri ta’ mira stabbiliti fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
(a) il-listi taż-żoni u l-agglomerazzjonijiet ikkonċernati,
(ċ) il-valuri ta’ konċentrazzjoni stmati,
(d) ir-raġunijiet għall-qbiż, u b’mod partikolari kwalunkwe sorsi li jikkontribwixxu għal dan l-qbiż,
(e) il-popolazzjoni esposta għal tali qbiż.
L-Istati Membri għandhom ukoll jirrapportaw dwar id-data kollha li tkun ġiet stmata skond l-Artikolu 4, sakemm ma tkunx diġà ġiet irrapportata taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE tas-27 ta’ Jannar 1997 li tistabbilixxi skambju ta’ informazzjoni u data reċiproka min-networks u stazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġiż ta’ l-arja ta’ l-ambjent fl-Istati Membri (
7
). L-informazzjoni għandha tiġi trasmessa għal kull sena kalendarja, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara, u għall-ewwel darba għas-sena kalendarja ta’ wara 15 ta’ Frar 1997. 2. B’żieda mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ukoll jirrapportaw dwar kwalunkwe miżura li tittieħed skond l-Artikolu 3. 3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sottomessa skond il-paragrafu 1 tkun disponibbli fil-pront lill-pubbliku bil-mezzi xierqa, bħall-Internet, l-istampa u media oħra faċilment aċċessibbli.
▼M1
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2), kwalunkwe arranġament dettaljat biex tingħadda l-informazzjoni li hija mitluba taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
▼B
|
|
Artikolu 6 Il-kumitat
|
Artikolu 6 Il-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 96/62/KE. 2. Fejn hemm referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b’qies għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
▼M1
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
▼B
|
|
Artikolu 7 L-informazzjoni pubblika
|
Artikolu 7 L-informazzjoni pubblika 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni ċara u komprensibbli tkun aċċessibbli u titqiegħed regolarment għad-disposizzjoni tal-pubbliku kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet approprjati, bħal organizzazzjonijiet ambjentali, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ kategoriji vulnerabbli tal-popolazzjoni u korpi oħra rilevanti għall-kura tas-saħħa, dwar il-konċentrazzjoni fl-arja ambjentali ta’ arseniku, kadmju, merkurju, nikil u benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi kif ukoll dwar ir-rati ta’ depożizzjoni ta’ l-arseniku, il-merkurju, in-nikil u l-benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(8). 2. L-informazzjoni għandha tindika wkoll kwalunkwe qbiż tal-valuri ta’ mira għall-arseniku, l-kadmju, n-nikil u l-benzo(a)pirene stabbiliti fl-Anness I. L-informazzjoni għandha tagħti r-raġunijiet għal dan il-qbiż u tindika ż-żoni li għalihom tapplika. Għandha tipprovdi wkoll stima qasira fir-rigward tal-valur ta’ mira u informazzjoni xierqa dwar l-effetti fuq is-saħħa u l-impatt fuq l-ambjent. Informazzjoni dwar kwalunkwe miżura meħuda skond l-Artikolu 3 għandha titqiegħed għad-disposizzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. L-informazzjoni għandha tingħata permezz, per eżempju, ta’ l-Internet, tal-istampa, u media oħra faċilment aċċessibbli.
|
|
Artikolu 8 Ir-rapportar u r-reviżjoni
|
Artikolu 8 Ir-rapportar u r-reviżjoni 1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ibbażat fuq:
(a) l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva,
(b) partikolarment, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika l-aktar reċenti dwar l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem, waqt li jittieħed kont partikolari tal-kategoriji vulnerabbli tal-popolazzjoni u ta’ l-ambjent in ġenerali, ta’ l-esposizzjoni għall-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi, u
(ċ) l-iżviluppi teknoloġiċi nkluż il-progress li sar fil-metodi ta’ kejl u li jistma l-konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali ta’ dawn is-sustanzi li jniġġsu kif ukoll tad-depożizzjoni tagħhom.
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jieħu kont ta’:
(a) l-kwalità attwali ta’ l-arja, t-tendenzi u l-previżjonijiet sa l-2015 u lil hinn;
(b) il-possibbiltà li jsir iżjed tnaqqis ta’ emissjonijiet li jniġġsu mis-sorsi kollha rilevanti, u possibilment il-mertu li jiġu introdotti valuri ta’ limitu mmirati għat-tnaqqis tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-sustanzi li jniġġsu elenkati fl-Anness I, waqt li titqies il-fattibbiltà teknika u l-effiċjenza fl-infiq, u kwalunkwe protezzjoni addizzjonali sinifikanti li dan jipprovdi għas-saħħa u għall-ambjent;
(ċ) ir-relazzjonijiet bejn is-sustanzi li jniġġsu u l-opportunitajiet għal strateġiji konġunti għat-titjib tal-kwalità ta’ l-arja fil-Komunità u għanijiet relatati;
(d) l-ħtiġiet attwali u futuri sabiex il-pubbliku jiġi nfurmat u sabiex isir l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;
(e) l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, u b’mod partikolari tal-kondizzjonijiet li taħthom il-kejl ġie effettwat kif stipulat fl-Anness III;
(f) il-benefiċċji ekonomiċi sekondarji għall-ambjent u s-saħħa fit-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi safejn dawn jistgħu jiġu stmati;
(g) l-adekwatezza tal-frazzjoni tad-daqs tal-partiċelli użati biex jittieħdu kampjuni minħabba r-rekwiżiti ġenerali tal-kejl ta’ materja fil-forma ta’ partikolati;
(h) l-adekwatezza tal-benzo(a)pirene bħala indikatur ta’ l-attività karċinoġenika totali ta’ l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi, waqt li jittieħed kont tal-forom li huma l-biċċa l-kbira gassużi ta’ l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi bħall-fluworantene.
Fid-dawl ta’ l-aħħar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi l-Kummissjoni għandha wkoll teżamina l-effett ta’ l-arseniku, il-kadmju u n-nikil fuq is-saħħa tal-bniedem bil-ħsieb li tiġi kkwantifikata l-karċinoġeniċità ġenotossika tag'hom. Waqt li jittieħed kont tal-miżuri adottati skond l-istrateġija dwar il-merkurju, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra jekk huwiex utli li tittieħed iktar azzjoni fir-rigward tal-merkurju, waqt li jittieħed kont tal-fattibilità teknika u tal-effettività fl-infiq u u ta’ kwalunkwe protezzjoni addizzjonali sinifikanti li dan jipprovdi għas-saħħa u għall-ambjent. 3. Bl-iskop li jintlaħqu livelli ta’ konċentrazzjonijiet ambjentali li jnaqqsu aktar l-effetti dannużi fuq is-saħħa tal-bniedem u li jwasslu għal protezzjoni għolja ta’ l-ambjent in ġenerali, b’kont meħud tal-fattibbiltà teknika u l-effettività fl-infiq għal iktar azzjoni, ir-rapport msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal emendi ta’ din id-Direttiva, waqt li jittieħed kont partikolarment tar-riżultati miksuba skond il-paragrafu 2. Barra minn hekk il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tirregola d-depożizzjoni ta’ arseniku, kadmju, merkurju, nikil u idrokarboni aromatiċi poliċikliċi speċifiċi.
|
|
Artikolu 9 Il-pieni
|
Artikolu 9 Il-pieni L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li huma implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 10 L-implimentazzjoni
|
Artikolu 10 L-implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 15 ta’ Frar 1997. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jkunu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali, li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 11 Id-dħul fis-seħħ
|
Artikolu 11 Id-dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 12 Id-destinatarji
|
Artikolu 12 Id-destinatarji Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
|
|
ANNESS I
|
ANNESS I
Valuri ta’ mira għall-arseniku, in-nikil u l-benzo(a)pirene
|
Sustanzi li jniġġsu
|
Valur ta’ mira (1)
|
|
Arseniku
|
6 ng/m3
|
|
Kadmju
|
5 ng/m3
|
|
Nikil
|
20 ng/m3
|
|
Benzo(a)pirene
|
1 ng/m3
|
|
(1) Għall-kontenut totali fil-frazzjoni PM10 b’medja meħuda matul sena kalendarja.
|
|
|
ANNESS II Determinazzjoni tar-rekwiżiti għall-istima tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali ġewwa żona jew agglomerazzjoni
|
ANNESS II Determinazzjoni tar-rekwiżiti għall-istima tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali ġewwa żona jew agglomerazzjoni I. Il-limiti ta’ stima superjuri u inferjuri
Għandhom japplikaw il-limiti ta’ stima superjuri u inferjuri li ġejjin:
|
|
Arseniku
|
Kadmju
|
Nikil
|
B(a)P
|
|
Limitu ta’ stima superjuri bħala perċentaġġ tal-valur ta’ mira
|
60 %
(3,6 ng/m3)
|
60 %
(3 ng/m3)
|
70 %
(14 ng/m3)
|
60 %
(0,6 ng/m3)
|
|
Limitu ta’ stima inferjuri bħala perċentaġġ tal-valur ta’ mira
|
40 %
(2,4 ng/m3)
|
40 %
(2 ng/m3)
|
50 %
(10 ng/m3)
|
40 %
(0,4 ng/m3)
|
II. Id-determinazzjoni tal-qbiż tal-limiti ta’ stima superjuri u inferjuri
Il-qbiż tal-limiti ta’ stima għandu jiġi determinat abbażi tal-konċentrazzjonijiet ta’ matul il-ħames snin preċedenti meta data suffiċjenti tkun disponibbli. Limitu ta’ stima jiġi meqjus li jkun inqabeż jekk ġie maqbuż ta’ l-anqas matul tliet snin tal-kalendarju minn dawk il-ħames snin ta’ qabel. Fejn hija disponibbli inqas minn ħames snin ta’ data, l-Istati Membri jistgħu jikkombinaw kampanji ta’ kejl ta’ żmien qasir matul il-perjodu tas-sena u f’postijiet li jkunu x’aktarx tipiċi ta’ l-ogħla livelli ta’ tniġġis b’riżultati miksuba minn informazzjoni minn inventarji dwar l-emissjonijiet u mudellar sabiex jiġi determinat il-qbiż tal-limiti ta’ stima.
|
|
ANNESS III Is-siti u n-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u ta’ rati ta’ depożizzjoni
|
ANNESS III Is-siti u n-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u ta’ rati ta’ depożizzjoni I. Ippostjar fuq skala makro
Is-siti tal-postijiet fejn jittieħdu l-kampjuni għandhom jintgħażlu b’mod li:
— jipprovdu data dwar it-terren fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn il-popolazzjoni x’aktarx tkun esposta direttament jew indirettament għall-ogħla konċentrazzjonijiet b’medja meħuda matul sena kalendarja;
— jipprovdu data dwar livelli F’terreni oħrajn fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet li tkun rappreżentattiva ta’ l-esposizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali;
— jipprovdu data dwar ir-rati ta’ depożizzjoni li tirrappreżenta l-esposizzjoni indiretta tal-popolazzjoni permezz tal-katina tal-ikel.
Ġeneralment il-postijiet fejn jittieħdu l-kampjuni għandhom ikunu sitwati b’tali mod sabiex ikun evitat il-kejl ta’ ambjenti micro żgħar ħafna fil-viċinanza immedjata tagħhom. Bħala linja gwida, post fejn jinġabru l-kampjuni għandu jkun rappreżentattiv tal-kwalità ta’ l-arja F’żoni traffikużi ta’ l-inħawi ta’ mhux anqas minn 200 m2, mill-inqas 250 m × 250 m F’żoni industrijali, fejn possibbli, u diversi kilometri kwadri F’siti bi sfond urbanistiku. Fejn l-għan ikun li jiġu stmati l-livelli ta’ l-isfond, il-post fejn jinġabru l-kampjuni ma għandux ikun influwenzat minn agglomerazzjonijiet jew siti industrijali fil-viċinanzi tiegħu, jiġifieri siti eqreb minn ftit kilometri. Fejn se jiġu stmati kontribuzzjonijiet minn sorsi industrijali, mill-inqas post wieħed fejn jinġabru l-kampjuni għandu jiġi nstallat fl-eqreb żona residenzjali fuq in-naħa tas-sorsi minn fejn ikun qed jonfoħ ir-riħ. Fejn ma tkunx magħrufa l-konċentrazzjoni ta’ l-isfond, għandu jiġi ppustjat post addizzjonali minn fejn jinġabru l-kampjuni fid-direzzjoni prinċipali tar-riħ. B’mod partikolari fejn ikun japplika l-Artikolu 3(3), il-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għandhom jiġu ppustjati b’mod li l-BAT tkun tista’ tiġi monitorjata. Fejn hu possibbli, il-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi ta’ siti simili mhux fil-viċinanza immedjata tagħhom. Fejn xieraq għandhom jikkoinċidu mal-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-PM10. II. Ippostjar fuq skala mikro
Il-linji gwida li ġejjin għandhom jiġu segwiti safejn ikun prattiku:
— il-fluss madwar id-daħla tas-sonda li tieħu l-kampjun m’għandux ikun ristrett, m’għandu jkun hemm ebda ostruzzjoni li tolqot il-passaġġ ta’ l-arja fil-viċinanzi tat-tagħmir li jieħu l-kampjun (normalment ftit metri l-bogħod mill-bini, gallariji, siġar u ostakoli oħra u mill-inqas 0.5 m mill-bini l-iżjed viċin fil-każ tal-postijiet ta’ fejn jinġabru l-kampjuni li jirrappreżentaw il-kwalità ta’ l-arja mal-linja tal-bini);
— b’mod ġenerali, il-punt tad-daħla li minnha jittieħed il-kampjun għandu jkun bejn 1.5 m (iż-żona li fiha jittieħed in-nifs) u 4 m ’l fuq mill-art. F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jkunu neċessarji posizzjonijiet ogħla (sa 8 m). Lokalizzazzjoni ogħla tista’ wkoll tkun approprjata jekk l-istazzjon huwa rappreżentativ ta’ żona kbira;
— id-daħla tas-sonda ma għandhiex tkun imqiegħda fil-viċinanzi immedjati ta’ sorsi sabiex jiġi evitat it-teħid dirett ta’ emissjonijiet mhux imħalltin ma’ l-arja ambjentali;
— il-fokka ta’ exhaust tat-tagħmir li jieħu l-kampjuni għandha titqiegħed b’mod li tiġi evitata r-riċirkolazzjoni ta’ l-arja ta’ l-exhaust lejn id-daħla tat-tagħmir;
— il-punti sitwati fit-traffiku li minnhom jittieħdu kampjuni għandhom ikunu ta’ l-inqas 25 metru mit-tarf ta’ junction prinċipali, u ta’ l-inqas 4 metri ‘l bogħod miċ-ċentru ta’ l-eqreb korsija tat-traffiku; punti ta’ dħul għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kwalità ta’ l-arja ħdejn il-linja tal-bini;
— għall-kejl ta’ depożizzjoni f’żoni ta’ sfond rurali, il-linji gwida u kriterji ta’ l-EMEP għandhom jiġu applikati sa fejn hu prattikabbli u fejn ma jkunx hemm provvediment għalihom f’dawn l-Annessi.
Il-fatturi li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll:
— is-sorsi li jiddisturbaw;
— id-disponibbiltà ta’ elettriku u komunikazzjonijiet telefoniċi;
— il-viżibbiltà tas-sit fir-rigward ta’ l-inħawi tiegħu;
— is-sigurtà tal-pubbliku u ta’ l-operaturi;
— l-interess li l-postijiet fejn jinġabru kampjuni ta’ sustanzi li jniġġsu differenti jikkoinċidu;
— il-ħtiġijiet ta’ ippjanar.
III. Dokumentazzjoni u R-Reviżjoni ta’ l-Għażla tas-siti
Il-proċeduri għall-għażla tas-sit għandhom jiġu dokumentati bis-sħiħ fil-fażi ta’ klassifikazzjoni b’mezzi bħal ritratti taż-żona ċirkostanti bil-punti tal-kumpass indikati fuqhom u mappa dettaljata. Is-siti għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari b’dokumentazzjoni ripetuta biex jiġi żgurat li l-kriteri ta’ għażla jibqgħu validi maż-żmien. IV. Il-kriterji sabiex jiġi ddeterminat in-numru ta’ postijiet ta’ fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl fiss ta’ konċentrazzjonijiet ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali
In-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl fiss sabiex tiġi stmata l-konformità mal-valuri ta’ mira għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-kejl fiss huwa s-sors ta’ informazzjoni waħdieni. (a) Sorsi diffużi
|
Popolazzjoni ta’ l-agglomerazzjoni jew żoni
(eluf)
|
Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jaqbżu l-limitu ta’ stima superjuri (1)
|
Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jinsabu bejn il-limiti ta’ stima superjuri u inferjuri
|
|
As, Cd, Ni
|
B(a)P
|
As, Cd, Ni
|
B(a)P
|
|
0–749
|
1
|
1
|
1
|
1
|
|
750–1 999
|
2
|
2
|
1
|
1
|
|
2 000 –3 749
|
2
|
3
|
1
|
1
|
|
3 750 –4 749
|
3
|
4
|
2
|
2
|
|
4 750 –5 999
|
4
|
5
|
2
|
2
|
|
≥ 6 000
|
5
|
5
|
2
|
2
|
|
(1) Għandu jinkludi mill-anqas stazzjon wieħed bi sfond urbanistiku u għall-benzo(a)pirene wkoll stazzjon wieħed traffikuż, sakemm dan ma jżidx man-numru ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni.
|
(b) Siti ta’ emissjoni
Għall-istima tat-tniġġis qrib sorsi ta’ emissjoni, l-għadd ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl fiss għandu jiġi ddeterminat billi jittieħed kont tad-densitajiet ta’ l-emissjonijiet, tax-xejriet probabbli tad-distribuzzjoni tat-tniġġis ta’ l-arja ambjentali u ta’ l-esposizzjoni potenzjali tal-popolazzjoni. Il-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għandhom ikunu sitwati b’tali mod li l-applikazzjoni tal-BAT kif definita bl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 96/61/KE tkun tista’ tiġi monitorjata.
|
|
ANNESS IV Għanijiet ta’ kwalità tad-datau ħtiġijiet għall-mudelli tal-kwalità ta’ l-arja
|
ANNESS IV Għanijiet ta’ kwalità tad-data u ħtiġijiet għall-mudelli tal-kwalità ta’ l-arja I. Għanijiet ta’ kwalità tad-data
L-għanijiet ta’ kwalità tad-data li ġejjin huma provduti bħala gwida sabiex tiġi żgurata l-kwalità.
▼M2
|
|
(Benżo(a)piren)
|
Arseniku, kadmju u nikil
|
Idrokarboni aromatiċi poliċikliċi barra mill-benżo(a)pirene, gassuż totali merkurju
|
Depożizzjoni totali
|
|
— Inċertezza
|
|
|
|
|
|
Kejl fiss u indikattiv
|
50 %
|
40 %
|
50 %
|
70 %
|
|
Immudellar
|
60 %
|
60 %
|
60 %
|
60 %
|
|
— Ġbir minimu ta' dejta
|
90 %
|
90 %
|
90 %
|
90 %
|
|
— Kopertura minima ta' ħin
|
|
|
|
|
|
Kejl fiss (1)
|
33 %
|
50 %
|
|
|
|
Kejl indikattiv (1) (2)
|
14 %
|
14 %
|
14 %
|
33 %
|
|
(1) Imqassam matul in-sena b'mod li jkun rappreżentattiv ta' kundizzjonijet varji fir-rigward tal-klima u l-attivitajiet antropoġeniċi.
(2) Il-kejl indikattiv huwa kejl li jsir b'regolarità mnaqqsa iżda li jissodisfa l-għanijiet l-oħra dwar il-kwalità tad-dejta.
|
▼B
L-inċertezza tal-metodi wżati għall-stima tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-arja ambjentali (espressi F’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %) għandha tiġi stmata skond il-prinċipji tal-Gwida tas-CEN għall-Espressjoni ta’ Inċertezza fil-kejl (ENV 13005-1999), il-metodoloġija tal-ISO 5725:1994, u l-gwida provduta fir-Rapport tas-CEN dwar il-Kwalità ta’ l-Arja – Approċċ għall-inċertezza fil-stima tal-metodi ta’ kejl tar-referenza ta’ l-arja ambjentali (CR 14377:2002E). Il-perentaġġi ta’ l-inċertezza jingħataw għal kejl individwali, li tiegħu tittieħed medja tal-ħinijiet tipiċi ta’ meta jinġabru l-kampjuni, għal intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %. L-inċertezza tal-kejl għandha tiġi interpretata bħala applikabbli fir-reġjun tal-valur ta’ mira xieraq. Kejl fiss u indikattiv għandu jinqasam b’mod uniformi matul is-sena kollha sabiex ikun evitat li r-riżultat li jiġi distort. Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tad-data minima u tal-ħin kopert ma jinkludux it-telf ta’ data minħabba l-ikkalibrar regolari jew il-manutenzjoni ta’ l-istrumentazzjoni. Il-ġbir ta’ kampjuni tul erbgħa u għoxrin siegħa hu meħtieġ għall-kejl ta’ benzo(a)pirene u idrokarboni aromatiċi poliċikliċi oħra. Kampjuni individwali li jkunu ttieħdu matul perjodu ta’ mhux aktar minn xahar jistgħu, bl-attenzjoni meħtieġa, jiġu abbinati u analizzati bħala kampjun kompost, sakemm il-metodu jkun jiżgura li l-kampjuni għal dak il-perjodu jkunu stabbli. Jista’ jkun diffiċli li tirriżolvi b’mod analitiku it-tliet komposti kimiċi benzo(b)fluworantene, benzo(j)fluworantene, benzo(k)fluworantene. F’każijiet bħal dawn jistgħu jiġu rrappurtati bħala total.
►M2
————— ◄ Il-ġbir ta’ kampjuni għandu jinfirex b’mod uniformi matul il-ġranet tal-gimgħa u s-sena. Għall-kejl tar-rati ta’ depożizzjoni hu rakkomandat il-ġbir ta’ kampjuni kull xahar, jew kull ġimgħa matul is-sena kollha.
▼M2
Id-dispożizzjonijiet dwar kampjuni individwali fil-paragrafu preċedenti japplikaw ukoll għall-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-merkurju fi stat gassuż totali. Barra minn hekk, il-ġbir ta' sottokampjuni ta' filtri PM10 għall-metalli għal analiżi sussegwenti huwa permess, sakemm ikun hemm evidenza li s-sottokampjun huwa rappreżentattiv tal-kunsinna kollha u li ma tiġix kompromessa s-sensittività tad-detezzjoni bi tqabbil mal-objettivi rilevanti tal-kwalità tad-dejta. Bħala alternattiva għall-ġbir ta' kampjuni ta' kuljum, il-ġbir ta' kampjuni ta' kull ġimgħa għall-metalli f'PM10 huwa permess, sakemm il-karatteristiċi ta' ġbir ma jiġux kompromessi.
▼B
L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistema ta’ ġbir ta’ kampjuni umdi minflok dik tal-massa jekk jistgħu juru li d-differenza bejniethom hi anqas minn 10 %. Ir-rati ta’ depożizzjoni għandhom ġeneralment jingħataw bħala μg/m2 għal kull ġurnata. L-Istati Membri jistgħu japplikaw reġistrazzjoni ta’ ħin minimu anqas milli indikat fit-tabella iżda mhux anqas minn 14 % għal kejl fiss u 6 % għal kejl indikattiv bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu juru li tista’ tintlaħaq l-inċertezza estiża ta’ 95 % għall-medja annwali, ikkalkolata mill-għanijiet tal-kwalità ta’ data fit-tabella skond l-ISO 11222:2002 – “Id-determinazzjoni ta’ l-inċertezza tal-medja tal-ħin tal-kejl tal-kwalità ta’ l-arja”. II. Ħtiġijiet għall-mudelli tal-kwalità ta’ l-arja
Meta jintuża mudell tal-kwalità ta’ l-arja għal skop ta’ stima, għandhom jinġabru riferenzi għad-deskrizzjoni tal-mudell u għall-informazzjoni dwar l-inċertezza. L-inċertezza għall-mudellar tiġi definita bħala d-devjazzjoni massima tal-livelli ta’ konċentrazzjoni mkejlin u kkalkolati, tul sena sħiħa, mingħajr ma jittieħed kont tal-ħin ta’ meta dawn ġraw. III. Ir-rekwiżiti għal tekniki ta’ stima objettivi
Fejn jintużaw tekniki ta’ stima objettiva l-inċertezza ma għandhiex taqbeż il-100 %. IV. L-istandardizzazzjoni
Sabiex ikunu analizzati sustanzi fil-frazzjoni PM10 il-volum tal-ġbir ta’ kampjuni jirreferi għal kondizzjonijiet ambjentali.
|
|
ANNEX V Il-metodi ta’ referenza għall-istima tal-konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u r-rati ta’ depożizzjoni
|
ANNEX V Il-metodi ta’ referenza għall-istima tal-konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali u r-rati ta’ depożizzjoni
▼M2
I.
Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent
Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 12341:2014. Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 14902:2005 “Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-Pb,Cd,As, u Ni fil-frazzjoni ta' PM10tal-materja partikolata sospiża”. Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq. II.
Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja tal-ambjent
Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja tal-ambjent huwa deskritt f'EN 12341:2014. Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-benżo(a)piren fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 15549:2008 “Il-kwalità tal-arja — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-benżo(a)piren fl-arja tal-ambjent”. Fin-nuqqas ta' metodu standardizzat CEN għall-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(8), l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi standard nazzjonali jew metodi tal-ISO bħall-istandard tal-ISO 12884. Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq. III.
Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-merkurju fl-arja tal-ambjent
Il-metodu ta' referenza għall-kejl ta' konċentrazzjonijiet tal-merkurju gassuż totali fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 15852:2010 “Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-merkurju gassuż totali”. Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq. IV.
Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tad-depożizzjoni tal-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi
Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil huwa dak deskritt f'EN 15841:2009 “Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb u n-nikil fid-depożizzjoni atmosferika”. Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju huwa dak deskritt f'EN 15853:2010 “Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju”. Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni ta' benżo(a)piren u l-idrokarboni poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(8) huwa dak deskritt f'EN 15980: 2011, “Il-kwalità tal-arja. Determinazzjoni tad-depożizzjoni ta' benż[a]antraċen, benżo[b]fluworanten, benżo[j]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, dibenż[a,h]antraċen u indeno[1,2,3-cd]piren”.
▼M1
V. It-tekniki ta' referenza ta' mudellar tal-kwalità tal-arja
Fil-preżent it-tekniki ta' referenza ta' mudellar għall-kwalità tal-arja ma jistgħux jiġu speċifikati. Il-Kummissjoni tista' tagħmel emendi biex tadatta dan il-punt għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0107
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|