+Artikolu 4 L-istima ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali ta’ rati u d-depożizzjoni
---+Article 4 1.
---+Article 4 2.
---+Article 4 3.
---+Article 4 4.
---+Article 4 5.
---+Article 4 6.
---+Article 4 7.
---+Article 4 8.
---+Article 4 9.
---+Article 4 10.
---+Article 4 11.
---+Article 4 12.
---+Article 4 13.
---+Article 4 14.
---+Article 4 15.

Artikolu 4 L-istima ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali ta’ rati u d-depożizzjoni

Artikolu 4

L-istima ta’ konċentrazzjonijiet fl-arja ambjentali ta’ rati u d-depożizzjoni

1.  Il-kwalità ta’ l-arja ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene għandha tiġi stmata fit-territorju kollu ta’ l-Istati Membri.

2.  Skond il-kriterji msemmija fil-paragrafu 7, il-kejl hu obbligatorju fiż-żoni li ġejjin:

(a) iż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn il-livelli huma bejn il-limitu ta’ stima superjuri u dak inferjuri, u

(b) ż-żoni u agglomerazzjonijiet oħra fejn il-livelli jaqbżu l-livell ta’ stima superjuri.

Il-kejl previst jista’ jiġi ssupplimentat b’tekniki ta’ mudellar sabiex jiġi provdut livell xieraq ta’ informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-arja ambjentali.

3.  Tista’ tintuża kombinazzjoni ta’ kejl, inkluż il-kejl indikattiv, kif imsemmija fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness IV, u tekniki ta’ mudellar sabiex tiġi stmata l-kwalità ta’ l-arja ambjentali fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn il-livelli tul perjodu rappreżentattiv huma bejn il-limiti ta’ stima superjuri u inferjuri, skond is-Sezzjoni II ta’ l-Anness II.

4.  Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn il-livelli huma taħt il-limiti ta’ stima inferjuri, li jiġi stabbilit skond is-Sezzjoni II ta’ l-Anness II, l-użu waħdieni ta’ tekniki ta’ mudellar jew ta’ stima objettiva għal-livelli ta’ stimi għandu jkun possibbli.

5.  Fejn għandhom jitkejjlu s-sustanzi li jniġġsu, l-kejl għandu jsir f’siti fissi sew kontinwament jew permezz ta’ kampjuni każwali. In-numru ta’ kejl għandu jkun suffiċjenti għad-determinazzjoni tal-livelli.

6.  Il-livelli ta’ stima superjuri u inferjuri għall-arseniku, il-kadmju, in-nikil u l-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali għandhom ikunu dawk stabbiliti fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness II. Il-klassifikazzjoni ta’ kull żona jew agglomerazzjoni għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi riveduta mill-anqas kull ħames snin skond il-proċedura stabbilita fis-Sezzjoni II ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva. Il-klassifikazzjoni għandha tiġi riveduta qabel f’każ ta’ bidla sinifikanti fl-attivitajiet rilevanti għall-konċentrazzjonijiet ta’ arseniku, kadmju, nikil u benzo(a)pirene fl-arja ambjentali.

7.  Il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għall-kejl ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil, u il-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali biex tkun stmata l-konformità mal-valuri ta’ mira għandhom ikunu dawk elenkati fis-Sezzjonijiet I u II ta’ l-Anness III. In-numru minimu ta’ postijiet fejn jinġabru l-kampjuni għal kejl fiss ta’ konċentrazzjoni ta’ kull sustanza li tniġġes għandu jkun kif stabbilit fis-Sezzjoni IV ta’ l-Anness III, u għandhom jiġu nstallati f’kull żona jew agglomerazzjoni li fiha hu meħtieġ li jsir kejl jekk il-kejl fiss ikun l-uniku mezz ta’ data dwar il-konċentrazzjonijiet hemmhekk.

8.  Sabiex tiġi stmata l-kontribuzzjoni tal-benzo(a)pirene fl-arja ambjentali, kull Stat Membru għandu jagħmel monitoraġġ ta’ idrokarboni aromatiċi poliċikliċi rilevanti oħra f’numru limitat ta’ siti ta’ kejl. Dawn il-komposti għandhom jinkludu mill-inqas: benzo(a)antraċene, benzo(b)fluworantene, benzo(j)fluworantene, benzo(k)fluworantene, indeno(1,2,3-ċd)pirene, u dibenz(a,h) antraċene. Siti ta’ monitoraġġ għal dawn l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi għandhom jiġu ppostjati mas-siti fejn jittieħdu l-kampjuni ta’ l-benzo(a)pirene u għandhom jintgħażlu b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu identifikati l-varjazzjoni ġeografika u t-tendenzifuq perijodu fit-tul. Għandhom japplikaw is-Sezzjonijiet I, II, u III ta’ l-Anness III.

▼M1

9.  Irrispettivament mil-livelli ta' konċentrazzjoni għandu jiġi installat post wieħed fejn jinġabru l-kampjuni ta' sfond kull 100 000 km2 għall-kejl indikattiv fl-arja ambjentali, tal-arseniku, il-kadmju, in-nikil, il-merkurju gassuż totali, il-benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8, u tad-depożizzjoni totali ta' arseniku, kadmju, merkurju, nikil, benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mill-inqas stazzjon ta' kejl wieħed. Madankollu, bi ftehim u skont linji gwida li jridu jiġu mfassla taħt il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 6(2), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu stazzjon jew diversi stazzjonijiet komuni ta' kejl li jkopru ż-żoni ġirien fl-Istati Membri kontigwi, sabiex tintlaħaq riżoluzzjoni tal-ispazju meħtieġ. Il-kejl ta' merkurju bivalenti gassuż u ta' partikulati ta' merkurju hu wkoll rakkomandat. Fejn xieraq, il-monitoraġġ għandu jkun ikkoordinat mal-istrateġija ta' monitoraġġ u l-programm ta' kejl tal-Monitoraġġ u l-Istima ta' Sustanzi li Jniġġsu (EMEP). Is-siti ta' fejn jinġabru l-kampjuni ta' dawn is-sustanzi li jniġġsu għandhom jintgħażlu b'tali mod li l-varjazzjoni ġeografika u t-tendenzi fuq perijodu twil jistgħu jiġu identifikati. Għandhom japplikaw is-Sezzjonijiet I, II, u II tal-Anness III.

▼B

10.  L-użu ta’ bio-indikaturi jista’ jkun ikkunsidrat fejn ser jiġu stmati x-xejriet reġjonali ta’ l-impatt fuq eko-sistemi.

11.  Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom l-informazzjoni minn stazzjonijiet fissi ta’ kejl tiġi supplimentata b’informazzjoni minn sorsi oħrajn, bħal inventarji ta’ emissjoni, metodi ta’ kejl indikattiv u mudellar tal-kwalità ta’ l-arja, n-numru ta’ stazzjonijiet fissi ta’ kejl li jridu jiġu nstallati u r-riżoluzzjoni ta’ l-ispazju ta’ tekniki oħrajn għandhom ikunu biżżejjed sabiex jiġu stabbiliti l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja skond is-Sezzjoni I ta’ l-Anness III u s-Sezzjoni I ta’ l-Anness IV.

12.  L-għanijiet tal-kwalità tad-data huma stabbiliti fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness IV. Fejn għall-istima jintużaw mudelli tal-kwalità ta’ l-arja, għandha tapplika s-Sezzjoni II ta’ l-Anness IV.

13.  Il-metodi ta’ referenza għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi ta’ l-arseniku, l-kadmju, l-merkurju, n-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali għandhom ikunu kif stabbilit fis-Sezzjonijiet I, II u III ta’ l-Anness V. Is-sezzjoni IV ta’ l-Anness V għandha tistabbilixxi tekniki ta’ referenza għall-kejl tat-depożizzjoni totali ta’ l-arseniku, il-kadmju, merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi u s-Sezzjoni V ta’ l-Anness V tirreferi għal tekniki ta’ mudellar tal-kwalità ta’ l-arja meta tali tekniki jkunu disponibbli.

14.  Id-data sa meta l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni dwar il-metodi użati għall-istima preliminari tal-kwalità ta’ l-arja taħt il-punt (d) ta’ l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/62/KE għandha tkun id-data stabbilita fl-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva.

▼M1

15.  Kwalunkwe emenda meħtieġa sabiex jiġu adattati d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u tas-Sezzjoni II tal-Anness II u tal-Annessi III, IV u V għall-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3). Dawn jistgħu ma jirriżultawx f'xi tibdil dirett jew indirett fil-valuri ta' mira.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 4 1.
Ambient air quality with respect to arsenic, cadmium, nickel and benzo(a)pyrene shall be assessed throughout the territory of the Member States.
Article 4 2.

In accordance with the criteria referred to in paragraph 7, measurement is mandatory in the following zones:

(a) 

zones and agglomerations in which levels are between the upper and the lower assessment threshold, and

(b) 

other zones and agglomerations where levels exceed the upper assessment threshold.

The measurements provided for may be supplemented by modelling techniques to provide an adequate level of information on ambient air quality.

Article 4 3.
A combination of measurements, including indicative measurements as referred to in Annex IV, Section I, and modelling techniques may be used to assess ambient air quality in zones and agglomerations where the levels over a representative period are between the upper and lower assessment thresholds, to be determined pursuant to Annex II, Section II.
Article 4 4.
In zones and agglomerations where the levels are below the lower assessment threshold, to be determined pursuant to Annex II, Section II, the sole use of modelling or objective estimation techniques for assessing levels shall be possible.
Article 4 5.
Where pollutants have to be measured, the measurements shall be taken at fixed sites either continuously or by random sampling. The number of measurements shall be sufficient to enable the levels to be determined.
Article 4 6.
The upper and lower assessment thresholds for arsenic, cadmium, nickel and benzo(a)pyrene in ambient air shall be those laid down in Section I of Annex II. The classification of each zone or agglomeration for the purposes of this Article shall be reviewed at least every five years in accordance with the procedure laid down in Section II of Annex II. Classification shall be reviewed earlier in the event of significant change in activities relevant to concentrations of arsenic, cadmium, nickel and benzo(a)pyrene, in ambient air.
Article 4 7.
The criteria for determining the location of sampling points for the measurement of arsenic, cadmium, nickel and benzo(a)pyrene in ambient air in order to assess compliance with the target values shall be those listed in Sections I and II of Annex III. The minimum number of sampling points for fixed measurements of concentrations of each pollutant shall be as laid down in Section IV of Annex III, and they shall be installed in each zone or agglomeration within which measurement is required if fixed measurement is the sole source of data on concentrations within it.
Article 4 8.
To assess the contribution of benzo(a)pyrene in ambient air, each Member State shall monitor other relevant polycyclic aromatic hydrocarbons at a limited number of measurement sites. These compounds shall include at least: benzo(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene, benzo(j)fluoranthene, benzo(k)fluoranthene, indeno(1,2,3-cd)pyrene, and dibenz(a,h)anthracene. Monitoring sites for these polycyclic aromatic hydrocarbons shall be co-located with sampling sites for benzo(a)pyrene and shall be selected in such a way that geographical variation and long-term trends can be identified. Sections I, II and III of Annex III shall apply.
Article 4 9.
Irrespective of concentration levels, one background sampling point shall be installed every 100 000 km2 for the indicative measurement, in ambient air, of arsenic, cadmium, nickel, total gaseous mercury, benzo(a)pyrene and the other polycyclic aromatic hydrocarbons referred to in paragraph 8, and of the total deposition of arsenic, cadmium, mercury, nickel, benzo(a)pyrene and the other polycyclic aromatic hydrocarbons referred to in paragraph 8. Each Member State shall set up at least one measuring station. However, Member States may, by agreement, and in accordance with guidelines to be drawn up under the regulatory procedure referred to in Article 6(2), set up one or several common measuring stations, covering neighbouring zones in adjoining Member States, to achieve the necessary spatial resolution. Measurement of particulate and gaseous divalent mercury is also recommended. Where appropriate, monitoring shall be coordinated with the European Monitoring and Evaluation of Pollutants (EMEP) monitoring strategy and measurement programme. The sampling sites for these pollutants shall be selected in such a way that geographical variation and long-term trends can be identified. Sections I, II and III of Annex III shall apply.
Article 4 10.
The use of bio indicators may be considered where regional patterns of the impact on ecosystems are to be assessed.
Article 4 11.
For zones and agglomerations within which information from fixed measurement stations is supplemented by information from other sources, such as emission inventories, indicative measurement methods and air quality modelling, the number of fixed measuring stations to be installed and the spatial resolution of other techniques shall be sufficient for the concentrations of air pollutants to be established in accordance with Section I of Annex III and Section I of Annex IV.
Article 4 12.
Data quality objectives are laid down in Section I of Annex IV. Where air quality models are used for assessment, Section II of Annex IV shall apply.
Article 4 13.
The reference methods for the sampling and analysis of arsenic, cadmium, mercury, nickel and polycyclic aromatic hydrocarbons in ambient air shall be as laid down in Sections I, II and III of Annex V. Section IV of Annex V sets out reference techniques for measuring the total deposition of arsenic, cadmium, mercury, nickel and the polycyclic aromatic hydrocarbons and Section V of Annex V refers to reference air quality modelling techniques when such techniques are available.
Article 4 14.
The date by which Member States shall inform the Commission of the methods used for the preliminary assessment of air quality under Article 11(1)(d) of Directive 96/62/EC shall be the date referred to in Article 10 of this Directive.
Article 4 15.
Any amendments necessary to adapt the provisions of this Article and of Section II of Annex II and of Annexes III, IV and V to scientific and technical progress shall be adopted by the Commission. Those measures, designed to amend non-essential elements of this Directive, shall be adopted in accordance with the regulatory procedure with scrutiny referred to in Article 6(3). They may not result in any direct or indirect changes to target values.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.09.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0107
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.