+Artikolu 1 Għan u Ambitu
---+Article 1 1.
---+Article 1 2.
---+Article 1 3.
---+Article 1 4.

Artikolu 1 Għan u Ambitu

Artikolu 1

Għan u Ambitu

1.  L-għan tal-inizzjattiva dwar l-ajru uniku Ewropew hu li jittejbu l-istandards attwali tat-traffiku tal-ajru, biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-sistema tat-trasport bl-ajru u biex ittejjeb il-prestazzjoni ġenerali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u s-sistema ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (ANS) għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Ewropa, bil-ħsieb li jinqdew il-ħtiġijiet ta’ dawk li jużaw l-ispazju tal-ajru. L-ajru uniku Ewropew se jkun jikkonsisti minn netwerk pan-Ewropew koerenti ta’ rotot, ġestjoni tan-netwerk u sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bbażati biss fuq is-sikurezza, l-effiċjenza u l-kunsiderazzjonijiet tekniċi, għall-benefiċċju tal-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru. Biex jilħaq dan il-għan, dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas regolatorju armonizzat għall-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew.

2.  L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 għandhom ikunu bla ħsara għas-Sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom u għar-rekwiżiti tal-Istati Membri marbuta mal-ordni pubbliku, mas-sigurtà pubblika u ma’ kwistjonijiet ta’ difiża, kif stabbilit fl-Artikolu 13. Dan ir-Regolament u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ma jkoprux operazzjojijiet u taħriġ militari.

3.  L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 għandha tkun mingħajr ħsara għad-drittijiet u doveri ta’ Stati Membri taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”). F’dan il-kuntest, għan ieħor ta’ dan ir-Regolament hu, fl-oqsma li jkopri, li jgħin lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, billi jipprovdi bażi għall- interpretazzjoni komuni u l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tiegħu, filwaqt li jkun żgurat li dawn id-dispożizzjonijiet jitqiesu kif jixraq f’dan ir-Regolament u fir-regoli mfassla għall-implimentazzjoni tiegħu.

4.  L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ajruport ta’ Ġibiltà tiftiehem li hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward it-tilwima fuq is-sovranità fuq it-territorju li fih qiegħed l-ajruport.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 1 1.
The objective of the single European sky initiative is to enhance current air traffic safety tandards, to contribute to the sustainable development of the air transport system and to improve the overall performance of air traffic management (ATM) and air navigation services (ANS) for general air traffic in Europe, with a view to meeting the requirements of all airspace users. This single European sky shall comprise a coherent pan-European network of routes, network management and air traffic management systems based only on safety, efficiency and technical considerations, for the benefit of all airspace users. In pursuit of this objective, this Regulation establishes a harmonised regulatory framework for the creation of the single European sky.
Article 1 2.
The application of this Regulation and of the measures referred to in Article 3 shall be without prejudice to Member States' sovereignty over their airspace and to the requirements of the Member States relating to public order, public security and defence matters, as set out in Article 13. This Regulation and the measures referred to in Article 3 do not cover military operations and training.
Article 1 3.
The application of this Regulation and of the measures referred to in Article 3 shall be without prejudice to the rights and duties of Member States under the 1944 Chicago Convention on International Civil Aviation (the Chicago Convention). In this context, an additional objective of this Regulation is, in the fields it covers, to assist Member States in fulfilling their obligations under the Chicago Convention, by providing a basis for a common interpretation and uniform implementation of its provisions, and by ensuring that these provisions are duly taken into account in this Regulation and in the rules drawn up for its implementation.
Article 1 4.
The application of this Regulation to the airport of Gibraltar is understood to be without prejudice to the respective legal positions of the Kingdom of Spain and the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland with regard to the dispute over sovereignty over the territory in which the airport is situated.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0549
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.