+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament u tal-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. “servizz ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (KTA)” tfisser servizz ipprovdut għall-għan:

(a) li jimpedixxi kolliżjonijiet:

— bejn ajruplani, u

— fiż-żona ta' mmanuvrar bejn ajruplani u ingombri; u

(b) li jħaffef u jżomm fluss bl-ordni ta' traffiku ta' l-ajru;

2. “servizz ta' kontroll fl-ajrudrom” tfisser servizz ta' KTA għal traffiku fl-ajrudrom;

3. “servizz ta' informazzjoni aeronawtika” tfisser servizz stabbilit ġewwa ż-żona ddefinita ta' kopertura responsabbli għall-forniment ta' informazzjoni aeronawtika u data meħtieġa għas-sigurezza, regolarita, u effiċjenza tan-navigazzjoni ta' l-ajru;

4. “servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru” tfisser servizzi ta' traffiku ta' l-ajru; servizzi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza; servizzi meteoroloġiċi għal navigazzjoni ta' l-ajru;

5. “fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru” tfisser kull entita pubblika jew privata li tipprovdi servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għal traffiku ta' l-ajru ġenerali;

6. “blokk ta' spazju ta' l-ajru” tfisser spazju ta' l-ajru ta' dimensjonijiet iddefiniti, fi spazju u żmien (ħin), li fihom servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru jkunu ipprovduti;

7. “amministrazzjoni ta' spazju ta' l-ajru” tfisser funzjoni ta' ppjanar bl-għan primarju li jisfrutta bl-aħjar mod possibbli l-ulitilizzazzjoni ta' spazju ta' l-ajru disponibbli permezz ta' parteċipazzjoni dinamika fil-ħin u, xi minn daqqiet, is-segregazzjoni ta' spazju ta' l-ajru fost il-kategoriji varji ta' utenti ta' spazju ta' l-ajru fuq il-bażi ta' ħtiġiet ta' terminu qasir;

▼M1

8. “utenti tal-ispazju tal-ajru” tfisser l-inġenji tal-ajru kollha operati bħala traffiku tal-ajru ġenerali;

▼B

9. “amministrazzjoni tal-fluss ta' traffiku ta' l-ajru” tfisser funzjoni stabbilita bil-għan li tikkontribwixxi fluss salv, bl-ordni u prontezza ta' traffiku ta' l-ajru billi tiżgura li l-kapaċita tal-KTA tkun utilizata bl-aħjar mod possibbli, u li l-volum tat-traffiku jkun kompatibbli mal-kapaċitajiet iddikjarati mill-fornituri tas-servizz proprju tat-traffiku ta' l-ajru;

▼M1

10. “ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM)” tfisser l-aggregazzjoni tal-funzjonijiet fl-ajru u dawk ibbażati fl-art (servizzi ta’ traffiku tal-ajru, ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u ġestjoni tal-fluss ta’ traffiku tal-ajru) rekwiżita biex ikun żgurat il-moviment salv u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru matul il-fażijiet kollha tal-operati;

▼B

11. “servizzi ta' traffiku ta' l-ajru” tfisser is-servizzi varji ta' informazzjoni ta' titjir, servizzi ta' allarm, servizzi ta' avviżi għal traffiku ta' l-ajru u servizzi ta' KTA (servizzi taż-żona, avviċinament u kontroll ta' l-ajrudrom);

12. “servizz ta' kontroll taż-żona” tfisser servizz ta' KTA għal titjiriet ikkontrollati fi blokk ta' spazju ta' l-ajru;

13. “servizz ta' kontroll ta' l-avviċinament” tfisser servizz ta' KTA għall-titjiriet ikkontrollati li ser jaslu jew jitilqu;

▼M1

13a. “Pjan Komprensiv tal-ATM” tfisser il-pjan li għandu approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE ( 9 ) tat-20 ta’ Marzu 2009, skont l-Artikolu Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) ( 10 );

▼B

14. “qatta ta' servizzi” tfisser żewġ servizzi jew aktar ta' navigazzjoni ta' l-ajru;

▼M1

15. “ċertifikat” tfisser dokument maħruġ minn awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza f’kull għamla li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, li jikkonferma li l-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru jissodisfa r-rekwiżiti biex jipprovdi servizz speċifiku;

▼B

16. “servizzi ta' komunikazzjoni” tfisser servizzi aeronawtiċi fissi jew mobbli li jagħmlu possibbli l-komunikazzjonijiet mill-art għall-art, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru għall-finijiet tal-KTA;

17. “Xibka Ewropea ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru” (XEATA tfisser il-ġabra ta' sistemi elenkati fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilita tax-xibka Ewropea ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru (ir-Regolament ta' interoperabilita) ( 11 ) li jagħmel possibbli li servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fil-Komunità jkun pprovduti, inklużi saffi ta' spazju fil-konfini ma' pajjiżi terzi;

18. “konċett ta' operat” tfisser il-kriterji għall-użu operazzjonali tax-XEATA jew parti minnha;

19. “kostitwenti” tfisser oġġetti tanġibbli bħal hardware u oġġetti intanġibbli bħal software li fuqhom tiddependi l-interoperabilita tax-XEATA;

20. “Eurocontrol” hija l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurezza tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru mwaqqfa bil-Konvenzjoni Internazzjonali tat-13 ta' Diċembru 1960 dwar Koperazzjoni għas-Sigurezza tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru ( 12 )

▼M1 —————

▼M1

22. “użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru” tfisser kunċett ta’ ġestjoni tal-ispazju tal-ajru applikat fiż-żona tal-Konferenza Ewropea dwar Avjazzjoni Ċivili, fuq il-bażi tal-“Manwal ta’ Amministrazzjoni tal-Ispazju tal-ajru għall-applikazzjoni tal-Kunċett tal-Użu Flessibbli tal-Ispazju tal-ajru” maħruġ minn Eurocontrol;

▼B

23. “reġjun ta' informazzjoni għal titjir” tfisser spazju ta' l-ajru b'dimensjonijiet iddefiti li fihom ikunu pprovduti servizzi ta' informazzjoni u servizzi ta' allarm;

▼M1

23a. “servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjira” tfisser servizz provdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli għat-tmexxija sikura u effiċjenti tat-titjiriet;

23b. “servizz ta’ twissija ta’ allarm” tfisser servizz provdut biex javża lill-organizzazzjonijiet xierqa dwar ajruplani fi bżonn ta’ għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u biex jgħin tali organizzazzjonijiet skont il-ħtieġa;

▼B

24. “livell ta' titjir” tfisser wiċċ ta' pressjoni atmosferika kostanti li huwa konness mad-datum speċifiku ta' pressjoni ta' 1 013,2hectopascals (ettopascals) u huwa separat (jinfired) minn uċuh oħra tali b'intervalli speċifiċi ta' pressjoni;

▼M1

25. “blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru” tfisser blokk tal-ajru bbażat fuq ir-rekwiżiti operattivi u stabbiliti irrispettivament mill-fruntieri tal-Istat, fejn il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet relatati huma misjuqa mill-prestazzjoni u msaħħa bil-ħsieb li tidħol, f’kull blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru, il-koperazzjoni mtejba fost il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew, fejn jixraq, fornitur integrat;

▼B

26. “traffiku ta' l-ajru ġenerali” tfisser il-movimenti kollha ta' ajruplani ċivili, kif ukoll il-movimenti kollha ta' ajruplani statali (inklużi ajruplani militari, doganali u tal-pulizija) meta dawn il-movimenti jitwettqu b'konformita mal-proċeduri ta' l-OIAĊ;

27. “OIAĊ” tfisser Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili, kif stabbilita bil-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzoni Ċivili Internazzjonali ta' l-1944;

28. “interoperabilita” tfisser sett ta' proprjetajiet funzjonali, tekniċi u operazzjonali rekwiżiti mis-sistemi u kostitwenti tax-XEATA u tal-proċeduri għall-operat tiegħu, biex jintgħamel possibbli l-operat salv, fl-assjem u effiċjenti tiegħu. Interoperabilita tinkiseb billi s-sistemi u kostitwenti jintgħamlu konformi mar-rekwiżiti essenzali;

29. “servizzi meteoroloġiċi” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-ajruplani bi tbassir meteoroloġiku, istruzzjonijiet u osservazzjonijiet kif ukoll kull informazzjoni u data meteoroloġika oħra pprovduta minn Stati għal użu aeronawtiku;

30. “servizzi ta' navigazzjoni” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-ajruplani b'informazzjoni dwar pożizzjoni u ħin propizju;

31. “data operazzjonali” tfisser informazzjoni dwar il-fażijiet kollha ta' titjir li huma rekwiżiti biex jittieħdu deċiżjonijiet operazzjonali minn fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, utenti ta' spazju ta' l-ajru, operaturi ta' ajruporti u atturi oħra involuti;

32. “proċedura”, kif użata fil-kuntest tar-Regolament ta' interoperabilita, tfisser metodu standard għall-użu kemm tekniku kif ukoll operazzjonali ta' sistemi, fil-kuntest ta' konċetti maqbula u validati ta' operati li jirrekjedu implimentazzjoni uniformi max-XEATA kollha;

33. “tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu operazzjonali wara l-istallazzjoni inizjali jew titjib fil-kwalità ta' sistema;

34. “xibka ta' rotot (network)” tfisser xibka ta' rotot speċifiċi biex ikun iggwidat il-fluss tat-traffiku ta' l-ajru ġenerali kif ikun meħtieġ għall-forniment ta' servizzi ta' KTA;

35. “irrottjar” tfisser itinerarju magħżul li għandu jkun segwit minn ajruplan matul l-operat tiegħu;

36. “operazzjoni fl-assjem tagħha” tfisser operazzjoni tax-XEATA f'manjiera tali li mill-perspettiva ta' l-utent tiffunzjona daqs li kieku kienet entita waħda (unika);

▼M1 —————

▼B

38. “servizzi ta' sorveljanza” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi użati biex jiddeterminaw il-posizzjonijiet rispettivi ta' ajruplani biex jippermettu separazzjoni salva;

39. “sistema” tfisser l-aggregazzjoni ta' kostitwenti fl-ajru u dawk ibbażat fl-art, kif ukoll tagħmir ibbażat fl-ispazju, li tipprovdi appoġġ għal servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għal fażijiet kollha ta' titjir;

40. “titjib fil-kwalità” tfisser kull modifikazzjoni li tbiddel il-karatteristiċi operazzjonali ta' sistema;

▼M1

41. “servizzi transkonfinali” tfisser kull sitwazzjoni fejn is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru jingħataw fi Stat Membru minn fornitur tas-servizzi li jkun iċċertifikat fi Stat Membru ieħor.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0549
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.