|
+Artikolu 13 Salvagwardji |
Artikolu 13 SalvagwardjiArtikolu 13 Salvagwardji Dan ir-Regolament m'għandux jimpedixxi l-applikazzjoni ta' miżuri minn Stat Membru sal-punt li jkunu meħtieġa biex jissalvagwardjaw sigurezza essenzali jew interessi ta' politika ta' difiża. Miżuri tali huma b'mod partikulari dawk li huma importanti ħafna: — għas-sorveljanza ta' l-ispazju ta' l-ajru li huwa taħt ir-responsabbilta tiegħu skond ftehim tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru Reġjonali ta' l-OIAĊ, inkluża l-kapaċita li josserva (jiskopri), jidentifika u jistima l-ajruplani kollha li jużaw spazju ta' l-ajru tali, bil-ħsieb li jfittex li jissalvagwardja s-sigurezza ta' titjiriet u jieħu azzjoni biex jiżgura l-ħtieġiet ta' sigurata u difiża, — fil-każ ta' disturbi serji interni li jolqtu (jaffettwaw) ż-żamma tal-liġi u l-ordni, — fil-każ ta' gwerra jew tensjoni serja internazzjonali li tikkostitwixxi theddida ta' gwerra, — għas-sodifazzjoni ta' l-obbligi internazzjonali ta' l-Istat Membru in konnessjoni maż-żamma tal-paċi u sigurtà internazzjonali, — biex imexxi operazzjonijiet u taħriġ militari, inklużi l-possibbiltajiet meħtieġa għal eżerċizzi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|