Artikolu 13a
L-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea
Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolamenti (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 u r-Regolament KE Nru 216/2008tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (
16
), l-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’konformità mal-irwoli rispettivi tagħhom kif stipulat f’dan ir-Regolament, għandhom jikkoordinaw kif xieraq mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-aspetti kollha tas-sikurezza jiġu indirizzati b’mod xieraq.
▼B