+IL-KAPITLU I ĠENERALI
---+Artikolu 1 Ambitu u għanijiet
------+Article 1 1.
------+Article 1 2.
---+Artikolu 2 Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza
------+Article 2 1.
------+Article 2 2.
------+Article 2 3.
------+Article 2 4.
------+Article 2 5.
------+Article 2 6.
---+Artikolu 3 Entitajiet kwalifikati
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
---+Artikolu 4 Rekwiżiti tas-sikurezza

IL-KAPITLU I ĠENERALI

IL-KAPITLU I ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Ambitu u għanijiet

Artikolu 1

Ambitu u għanijiet

1.  Fl-ambitu tar-Regolament qafas, dan ir-Regolament jjikkonċerna l-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment salv w effiċjenti ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fil-Komunità.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għal traffiku ta' l-ajru ġenerali skond u ġewwa l-ambitu tar-Regolament qafas.

▼M1

Artikolu 2 Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza

Artikolu 2

Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza

1.  L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament qafas għandhom jassiguraw is-sorveljanza xierqa tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod partikolari rigward is-sigurtà u l-operazzjoni effiċjenti tal-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi relatati mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Istat Membru li jkun innomina jew stabbilixxa l-awtorità relevanti.

2.  Għal dan il-għan, kull awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza għandha torganizza spezzjonijiet u stħarriġ xierqa biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti tar-riżorsi umani għall-provvista tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru konċernat għandu jiffaċilita tali xogħol.

3.  Fir-rigward ta’ blokok funzjonali ta’ spazju tal-ajru li jestendu min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkonkludu ftehim dwar is-sorveljanza li jipprovdi għalih dan l-Artikolu rigward il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi konnessi ma’ dawk il-blokok.

4.  L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jiżguraw sorveljanza adegwata fuq il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru li jkollhom ċertifikat validu minn Stat Membru li wkoll jipprovdi servizzi konnessi mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru ieħor. Kooperazzjoni tali għandha tinkludi arranġamenti għall-ittrattar ta’ każijiet li jinvolvu non-konformità mar-rekwiżiti komuni applikabbli miġjuba fl-Artikolu 6 jew mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

5.  Fil-każ tal-provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu ftehim dwar l-għarfien reċiprioku tal-ħidma ta’ sorveljanza stipulata fil-paragrafi 1 u 2 u tar-riżultati ta’ din il-ħidma. Dan l-għarfien reċiproku għandu japplika wkoll meta l-arranġamenti għall-għarfien bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jitwettqu għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-fornituri tas-servizz.

6.  Meta jkun permess mil-liġi u bil-għan li jkun hemm koperazzjoni reġjonali, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jikkonkludu wkoll ftehim li dwar il-qsim tar-responsabilitajiet fir-rigward tal-kompiti ta’ sorveljanza.

Artikolu 3 Entitajiet kwalifikati

Artikolu 3

Entitajiet kwalifikati

1.  L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jiddeċiedu li jiddelegaw, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 2(2) lil entitajiet kwalifikati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

2.  Delegazzjoni tali mogħtija minn awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza għandha tkun valida ġewwa l-Komunità għal perjodu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jagħtu struzzjonijiet lil kull waħda mill-entitajiet kwalifikati li qegħdin fil-Komunità biex jidħlu għal dawn l-ispezzjonijiet u stħarriġ.

Artikolu 4 Rekwiżiti tas-sikurezza

Artikolu 4

Rekwiżiti tas-sikurezza

Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, taddotta r-regoli implimentattivi li jinkorporaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-rekwiżiti o’regolatorji ta’ sikurezza tal-Eurocontrol (ESARRs) u l-emendi sussegwenti ta’ dawk ir-rekwiżiti fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, fejn ikun possibli l-adattazzjonijiet u xierqa.

▼M1 —————

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0550
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.