|
+Artikolu 2 Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza ---+Article 2 1. ---+Article 2 2. ---+Article 2 3. ---+Article 2 4. ---+Article 2 5. ---+Article 2 6. |
Artikolu 2 Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanzaArtikolu 2 Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza 1. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament qafas għandhom jassiguraw is-sorveljanza xierqa tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod partikolari rigward is-sigurtà u l-operazzjoni effiċjenti tal-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi relatati mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Istat Membru li jkun innomina jew stabbilixxa l-awtorità relevanti. 2. Għal dan il-għan, kull awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza għandha torganizza spezzjonijiet u stħarriġ xierqa biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, inklużi r-rekwiżiti tar-riżorsi umani għall-provvista tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru konċernat għandu jiffaċilita tali xogħol. 3. Fir-rigward ta’ blokok funzjonali ta’ spazju tal-ajru li jestendu min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkonkludu ftehim dwar is-sorveljanza li jipprovdi għalih dan l-Artikolu rigward il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi konnessi ma’ dawk il-blokok. 4. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jiżguraw sorveljanza adegwata fuq il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru li jkollhom ċertifikat validu minn Stat Membru li wkoll jipprovdi servizzi konnessi mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru ieħor. Kooperazzjoni tali għandha tinkludi arranġamenti għall-ittrattar ta’ każijiet li jinvolvu non-konformità mar-rekwiżiti komuni applikabbli miġjuba fl-Artikolu 6 jew mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II. 5. Fil-każ tal-provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu ftehim dwar l-għarfien reċiprioku tal-ħidma ta’ sorveljanza stipulata fil-paragrafi 1 u 2 u tar-riżultati ta’ din il-ħidma. Dan l-għarfien reċiproku għandu japplika wkoll meta l-arranġamenti għall-għarfien bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jitwettqu għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-fornituri tas-servizz. 6. Meta jkun permess mil-liġi u bil-għan li jkun hemm koperazzjoni reġjonali, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jikkonkludu wkoll ftehim li dwar il-qsim tar-responsabilitajiet fir-rigward tal-kompiti ta’ sorveljanza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|