|
+Artikolu 9a Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru ---+Article 9a 1. ---+Article 9a 2. ---+Article 9a 3. ---+Article 9a 4. ---+Article 9a 5. ---+Article 9a 6. ---+Article 9a 7. ---+Article 9a 8. ---+Article 9a 9. |
Artikolu 9a Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-AjruArtikolu 9a Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru 1. Sal-4 ta’ Diċembru 2012 l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru bil-ħsieb li tiġi akkwistata l-kapaċità u l-effikaċja meħtieġa tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew u li jinżamm livell għoli ta’ effiċjenza u li jingħata kontribut għall-prestazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ trasport bl-ajru u impatt ambjentali mnaqqqas. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sakemm hu possibbli l-aktar dawk l-Istati Membri li jistabbilixxu blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru ġirien, sabiex jiżguraw li jkunu konformi ma’ din id-dispożizzjoni. Fejn ikun rilevanti, il-koperazzjoni tista’ tinkludi wkoll pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru. 2. Blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandhom, b’mod partikolari: (a) ikunu sostnuti minn spazju ta’ sikurezza; (b) jagħmlu possibbli l-aħjar użu tal-ispazju tal-ajru, filwaqt li jieħdu kont tal-flussi tat-traffiku tal-ajru; (c) jiżguraw konsistenza man-netwerk Ewropew tar-rotot stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-ispazju tal-ajru; (d) ikunu ġġustifikati mill-valur miżjud ġenerali tagħhom, inkluż l-aħjar użu ta’ riżorsi umani u tekniċi, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju; (e) jiżguraw trasferiment bla skossi u flessibbli ta’ responsabbiltàjiet għal kontroll ta’ traffiku tal-ajru bejn unitajiet ta’ servizz ta’ traffiku tal-ajru; (f) jiżguraw il-kompatibilità bejn il-konfigurazzjoniiet differenti tal-ispazju tal-ajru; filwaqt li jottimizzaw, inter alia, ir-Reġjuni attwali ta’ Informazzjoni dwar Titjiriet; (g) ikunu konformi ma’ kundizzjonijiet li joħorġu minn ftehim reġjonali konklużi ġewwa l-ICAO; (h) jirrrispettaw ftehim reġjonali eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikulari dawk li jinvolvu pajjiżi terzi Ewropej; u (i) jiffaċilitaw il-konformità mal-objettivi ta’ prestazzjoni madwar il-Komunità. 3. Blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandu biss inkun stabbilit bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kollha u, jekk ikun il-każ, ma’ pajjiżi terzi li jkollhom responsabbiltà għal xi parti mill-ispazju tal-ajru inkluż fil-blokk. Qabel ma jgħarraf/jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-istabbiliment ta’ blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) għandu/hom jipprovdi/u lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-partijiet interessati l-oħra bl-informazzjoni adegwata u jagħtihom l-opportunità biex jissottomettu l-kummenti tagħhom. 4. Fejn blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru jkollu x’jaqsam ma’ spazju tal-ajru li jkun kompletament jew parzjalment taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, il-ftehim li bih il-blokk ikun stabbilit għandu jkun fih id-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-manjiera li biha l-blokk jista’ jiġi mmodifikat u l-manjiera li biha Stat Membru jkun jista’ jirtira mill-blokk, inklużi arranġamenti tranżizzjonali. 5. Fejn iqumu diffikulatjiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar rigward blokk funzjonali ta’ spazju tal-ajru min-naħa għall-oħra tal-konfini li jikkonċerna spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jressqu b’mod konġunt il-materja quddiem il-Kumitat ta’ Ajru Uniku għal opinjoni. L-opinjoni għandha tintbagħat lill-Istati Membri kkonċernati. Bla ħsara għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta’ dik l-opinjoni biex isibu soluzzjoni. 6. Wara li tkun irċeviet in-notifiki mingħand l-Istati Membri dwar l-arranġamenti u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk kull blokka funzjonali tal-ispazju tal-ajru tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 u tippreżenta r-riżultati lill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku sabiex dawn jiġu diskussi. Jekk il-Kummissjoni ssib li waħda jew aktar mill-blokok funzjonali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti hija għandha tiddiskuti mal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li tilħaq konsensus dwar il-miżuri meħtieġa biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni. 7. Bla ħsara għall-paragrafu 5a, il-ftehim u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni għandha tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni relevanti. 8. Il-materjal ta’ gwida għat-twaqqif u l-modifika tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandu jiġi żviluppat sal-4 ta’ Diċembru 2010 skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament qafas. 9. Il-Kummissjoni għandha, sal-4 ta’ Diċembru 2011 u skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, tadotta regoli implimentattivi dwar it-tagħrif li jrid jingħata mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) qabel ma jitwaqqaf jew jiġi mmodifikat blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|