+IL-KAPITLU II REGOLI GĦAL FORNIMENT TA' SERVIZZI
---+Artikolu 6 Rekwiżiti komuni
---+Artikolu 7 Ċertifikazzjoni tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
------+Article 7 3.
------+Article 7 4.
------+Article 7 5.
------+Article 7 6.
------+Article 7 7.
------+Article 7 8.
------+Article 7 9.
---+Artikolu 8 Nominazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
------+Article 8 5.
------+Article 8 6.
---+Artikolu 9 Ħatra ta' fornituri ta' servizzi meteoroloġiċi
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
---+Artikolu 9a Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru
------+Article 9a 1.
------+Article 9a 2.
------+Article 9a 3.
------+Article 9a 4.
------+Article 9a 5.
------+Article 9a 6.
------+Article 9a 7.
------+Article 9a 8.
------+Article 9a 9.
---+Artikolu 9b Koordinatur tas-Sistema tal-Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru
------+Article 9b 1.
------+Article 9b 2.
------+Article 9b 3.
------+Article 9b 4.
------+Article 9b 5.
------+Article 9b 6.
---+Artikolu 10 Relazzjonijiet bejn fornituri ta' servizzi
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
------+Article 10 3.
---+Artikolu 11 Relazzjonijiet ma’ awtoritajiet militari
---+Artikolu 12 Trasparenza ta' kontijiet
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
------+Article 12 4.
------+Article 12 5.
---+Artikolu 13 Aċċess għal u protezzjoni ta' data
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.

IL-KAPITLU II REGOLI GĦAL FORNIMENT TA' SERVIZZI

IL-KAPITLU II REGOLI GĦAL FORNIMENT TA' SERVIZZI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 Rekwiżiti komuni

Artikolu 6

Rekwiżiti komuni

Rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas. Ir-rekwiżiti komuni għandhom jinkludu li ġej:

— kompetenza u konvenjenza teknika u operazzjonali,

— sistemi u proċessi għall-management ta' sigurezza u kwalita,

— sistemi ta' rappurtagg,

— kwalita ta' servizzi,

— Saħħa finanzjarja,

— kopertura ta' responsabbilta u assigurazzjoni,

— struttura ta' pussess u organizzazzjoni, inkluża l-prevenzjoni ta' konflitti ta' interess,

— riżorsi umani, inklużi pjanijiet ta' staffing (provvediment tan-nies) adegwat,

— sigurta.

Artikolu 7 Ċertifikazzjoni tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru

Artikolu 7

Ċertifikazzjoni tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru

1.  Il-forniment tas-servizzi kollha ta' navigazzjoni ta' l-ajru ġewwa l-Komunità għandu jkun suġġett għal ċertifikazzjoni mill-Istati Membri.

2.  Applikazzjonijiet għall-ċertifikazzjoni għandhom ikunu sottomessi lill-awtorita nazzjonali ta' sorveljanza ta' l-Istat Membru fejn l-applikant għandu l-post prinċipali ta' l-operat tiegħu u, jekk jeżisti, l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

3.  L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom joħorġu ċertifikati lill-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru fejn jikkonformaw mar-rekwiżiti komuni li jirreferi għalihom l-Artikolu 6. Ċertifikati jistgħu jinħarġu individwalment għal kull tip ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament qafas, jew għal qatta (grupp) ta' servizzi tali, inter alia, fejn il-fornitur ta' servizzi ta' traffiku ta' l-ajru, ikun x'ikun l-istatus legali tiegħu, jopera u jimmantjeni s-sistemi proprji tiegħu ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu kontrollati fuq bażi regolari.

4.  Iċ-ċertifikati għandhom jispeċifikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, inkluż aċċess non-diskriminatorju ta' servizzi għal utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, b'mod partikulari fir-rigward ta' sigurezza. Iċ-ċertifikazzjoni tista' tkun sugġetta biss għall-kondizzjonijiet miġjuba fl-Anness II. Kondizzjonijiet tali għandhom ikunu ġustifikati b'mod oġġettiv, non-diskriminatorju, proporzjonat u trasparenti.

5.  Minkejja l-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu jippermettu l-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ispazju ta' l-ajru kollu jew parti minnu taħt ir-responsabbilta tagħhom mingħajr ċertifikazzjoni f'każijiet fejn il-fornitur ta' servizzi tali joffrihom primarjament lill-movimenti ta' aruplani barra minn dawk ta' traffiku ta' l-ajru ġenerali. F'dawk il-każijiet, l-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata konformita massima mar-rekwiżiti komuni.

▼M1

6.  Bla ħsara għall-Artikoli 8 u 9, il-ħruġ ta’ ċertifikati għandu jikkonferixxi fuq il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru l-possibbiltà li joffru s-servizzi tagħhom lill-fornituri oħra ta’ navigazzjoni tal-ajru, utenti ta’ spazju tal-ajru u ajruporti ġewwa l-Komunità.

7.  L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jimmonitorjaw il-konformita mar-rekwiżiti komuni u mal-kondizzjonijiet mehmuża maċ-ċertifikati. Dettalji ta’ tali moniteraġġ għandhom ikunu inklużi fir-rapporti annwali li għandhom ikunu sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament qafas. Jekk awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza ssib li d-detentur ta’ ċertifikat m’għadux jissodisfa rekwiżiti jew tali kundizzjonijiet, hija għandha tieħu miżuri xierqa filwaqt li tiżgura l-kontinwita ta’ servizzi bil-kondizzjoni li ma tiġix kompromessa s-sikurezza. Miżuri tali jistgħu jinkludu r-revoka taċ-ċertifikat.

▼B

8.  Stat Membru għandu jirrikonoxxi kull ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor skond dan l-Artikolu.

9.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali, Stati Membri jistgħu jipposponu l-konformita ma' dan l-Artikolu 'l hinn mid-data li tirriżulta mill-Artikolu 19(2) b'sitt xhur. Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'posponiment tali, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet tagħhom għalih.

▼M1

Artikolu 8 Nominazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru

Artikolu 8

Nominazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-forniment ta’ servizzi ta’ traffiku tal-ajru fuq bażi esklussiva ġewwa blokok speċifiċi ta’ spazju tal-ajru rigward l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għal dan il-għan, Stati Membri għandhom jinnominaw fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru li jkollu ċertifikat validu fil-Komunità.

2.  Għall-provvista ta’ servizzi transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità ma’ dan l-artikolu u mal-Artikolu 10(3) ma tkunx imxekkla mis-sistema legali nazzjonali tagħhom li tkun tirrikjedi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu s-servizzi fi spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru:

(a) ikunu proprjetà diretta jew permezz ta’ ishma maġġoritarji ta’ dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu;

(b) ikollhom il-post prinċipali tal-operazzjoni jew uffiċju reġistrat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; jew

(c) jużaw biss il-faċilitajiet f’dak l-Istat Membru.

3.  Stati Membri għandhom jiddefinixxu d-drittijiet u obbligi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru nominati għandhom jissodisfaw. L-obbligi jistgħu jinkludu kundizzjonijiet għall-provvista f’waqtha ta’ informazzjoni relevanti li tagħmel possibbli li l-movimenti kollha ta’ ajruplani fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom ikunu identifikati.

4.  Stati Membri għandu jkollhom setgħa diskrezzjonali fil-għażla ta’ fornitur ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru, bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar jissodisfa r-rekwiżiti u kundizzjonijiet li jirreferu għalihom l-Artikli 6 u 7.

5.  Rigward il-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 9a li jestendu ruħhom min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom b’mod konġunt jinnominaw fornitur ta’ servizz tal-ispazju tal-ajru jew aktar minn wieħed, talanqas xahar qabel l-implimentazzjoni tal-blokk tal-ispazju tal-ajru.

6.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra immedjatament bi kwalunkwe deċiżjoni fi ħdan il-qafas ta’ dan l-Artikolu rigward in-nominazzjoni ta’ fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fi ħdan blokok ta’ spazju tal-ajru fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

▼B

Artikolu 9 Ħatra ta' fornituri ta' servizzi meteoroloġiċi

Artikolu 9

Ħatra ta' fornituri ta' servizzi meteoroloġiċi

1.  Stati Membri jistgħu jaħtru fornitur ta' servizzi meteoroloġiċi għall-provvista tad-data meteoroloġika kollha jew parti minnha fuq bażi esklusiva fl-ispazju ta' l-ajru kollu jew parti minnu taħt ir-responsabbilta tagħhom, filwaqt li jqisu konsiderazzjonijiet ta' sigurezza.

2.  Stati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra bla dewmien fil-qafas ta' dan l-Artikolu dwar il-ħatra ta' fornitur ta' servizzi meteoroloġiċi.

▼M1

Artikolu 9a Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru

Artikolu 9a

Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru

1.  Sal-4 ta’ Diċembru 2012 l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru bil-ħsieb li tiġi akkwistata l-kapaċità u l-effikaċja meħtieġa tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew u li jinżamm livell għoli ta’ effiċjenza u li jingħata kontribut għall-prestazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ trasport bl-ajru u impatt ambjentali mnaqqqas. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sakemm hu possibbli l-aktar dawk l-Istati Membri li jistabbilixxu blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru ġirien, sabiex jiżguraw li jkunu konformi ma’ din id-dispożizzjoni. Fejn ikun rilevanti, il-koperazzjoni tista’ tinkludi wkoll pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru.

2.  Blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandhom, b’mod partikolari:

(a) ikunu sostnuti minn spazju ta’ sikurezza;

(b) jagħmlu possibbli l-aħjar użu tal-ispazju tal-ajru, filwaqt li jieħdu kont tal-flussi tat-traffiku tal-ajru;

(c) jiżguraw konsistenza man-netwerk Ewropew tar-rotot stabbilit skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-ispazju tal-ajru;

(d) ikunu ġġustifikati mill-valur miżjud ġenerali tagħhom, inkluż l-aħjar użu ta’ riżorsi umani u tekniċi, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju;

(e) jiżguraw trasferiment bla skossi u flessibbli ta’ responsabbiltàjiet għal kontroll ta’ traffiku tal-ajru bejn unitajiet ta’ servizz ta’ traffiku tal-ajru;

(f) jiżguraw il-kompatibilità bejn il-konfigurazzjoniiet differenti tal-ispazju tal-ajru; filwaqt li jottimizzaw, inter alia, ir-Reġjuni attwali ta’ Informazzjoni dwar Titjiriet;

(g) ikunu konformi ma’ kundizzjonijiet li joħorġu minn ftehim reġjonali konklużi ġewwa l-ICAO;

(h) jirrrispettaw ftehim reġjonali eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikulari dawk li jinvolvu pajjiżi terzi Ewropej; u

(i) jiffaċilitaw il-konformità mal-objettivi ta’ prestazzjoni madwar il-Komunità.

3.  Blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandu biss inkun stabbilit bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kollha u, jekk ikun il-każ, ma’ pajjiżi terzi li jkollhom responsabbiltà għal xi parti mill-ispazju tal-ajru inkluż fil-blokk. Qabel ma jgħarraf/jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-istabbiliment ta’ blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) għandu/hom jipprovdi/u lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-partijiet interessati l-oħra bl-informazzjoni adegwata u jagħtihom l-opportunità biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

4.  Fejn blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru jkollu x’jaqsam ma’ spazju tal-ajru li jkun kompletament jew parzjalment taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, il-ftehim li bih il-blokk ikun stabbilit għandu jkun fih id-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-manjiera li biha l-blokk jista’ jiġi mmodifikat u l-manjiera li biha Stat Membru jkun jista’ jirtira mill-blokk, inklużi arranġamenti tranżizzjonali.

5.  Fejn iqumu diffikulatjiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar rigward blokk funzjonali ta’ spazju tal-ajru min-naħa għall-oħra tal-konfini li jikkonċerna spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jressqu b’mod konġunt il-materja quddiem il-Kumitat ta’ Ajru Uniku għal opinjoni. L-opinjoni għandha tintbagħat lill-Istati Membri kkonċernati. Bla ħsara għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta’ dik l-opinjoni biex isibu soluzzjoni.

6.  Wara li tkun irċeviet in-notifiki mingħand l-Istati Membri dwar l-arranġamenti u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk kull blokka funzjonali tal-ispazju tal-ajru tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 u tippreżenta r-riżultati lill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku sabiex dawn jiġu diskussi. Jekk il-Kummissjoni ssib li waħda jew aktar mill-blokok funzjonali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti hija għandha tiddiskuti mal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li tilħaq konsensus dwar il-miżuri meħtieġa biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni.

7.  Bla ħsara għall-paragrafu 5a, il-ftehim u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni għandha tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni relevanti.

8.  Il-materjal ta’ gwida għat-twaqqif u l-modifika tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandu jiġi żviluppat sal-4 ta’ Diċembru 2010 skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament qafas.

9.  Il-Kummissjoni għandha, sal-4 ta’ Diċembru 2011 u skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas, tadotta regoli implimentattivi dwar it-tagħrif li jrid jingħata mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) qabel ma jitwaqqaf jew jiġi mmodifikat blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 9b Koordinatur tas-Sistema tal-Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru

Artikolu 9b

Koordinatur tas-Sistema tal-Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru

1.  Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif ta’ blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni tista’ taħtar persuna fiżika bħala Koordinatur tas-Sistema tal-Blokok Funzjonali tal-Ispazju tal-Ajru (“Il-Koordinatur”). Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas.

2.  Bla ħsara għall-Artikolu 9a(5) il-Koordinatur għandu, fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati u jekk ikun il-każ, il-pajjiżi terzi li jieħdu sehem fl-istess blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru, jiffaċilita li jingħelbu d-diffikultajiet fil-proċess ta’ negozjati bil-għan li jitaħaffef l-istabbiliment tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru. Il-Koordinatur għandu jaġixxi fuq il-bażi tal-mandat mogħti mill-Istati Membri kollha kkonċernati u, jekk ikun il-każ, pajjiżi terzi li jieħdu sehem fl-istess blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru.

3.  Il-Koordinatur għandu jaġixxi b’mod imparzjali l-aktar fir-rigward tal-Istati Membri, tal-pajjiżi terzi, tal-Kummissjoni u tal-partijiet interessati.

4.  Il-Koordinatur m’għandu jikxef l-ebda tagħrif miksub waqt il-qadi tal-funzjoni tiegħu/tagħha ħlief meta jingħata/tingħata l-awtorizzazzjoni mill-Istat(i) Membru(i) biex jagħmel/tagħmel dan, jew, jekk ikun il-każ, minn pajjiżi terzi kkonċernati.

5.  Wara l-ħatra tiegħu/tagħha, il-Koordinatur għandu jirrapporta lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tal-Ajru Uniku u lill-Parlament Ewropew kull tliet xhur. Ir-rapport għandu jinkludi sommarju tan-negozjati u tar-riżultati tagħhom.

6.  Il-mandat tal-Koordinatur għandu jiskadi meta jiġi ffirmat l-aħħar ftehim dwar blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru iżda mhux aktar tard mill-4 ta’ Diċembru 2012.

▼B

Artikolu 10 Relazzjonijiet bejn fornituri ta' servizzi

Artikolu 10

Relazzjonijiet bejn fornituri ta' servizzi

1.  Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru jistgħu japprofittaw ruħhom mis-servizzi ta' fornituri ta' servizz oħra li kienu ċertifikati fil-Komunità.

2.  Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandhom jifformalizzaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol tagħhom permezz ta' ftehim bil-miktub jew arranġamenti legali ekwivalenti, li jkun fihom id-doveri u funzjonijiet speċifiċi assunti minn kull fornitur u li jippermettu għall-iskambju ta' data operazzjonali bejn il-fornituri tas-servizzi kollha safejn għandu x'jaqsam it-traffiku ta' l-ajru ġenerali. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu notifikati lill-awtorita jew l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza konċernati.

3.  F'każijiet li jinvolvu l-forniment ta' servizzi ta' traffiku ta' l-ajru, l-approvazzjoni ta' l-Istati Membri konċernati għandha tkun rekwiżita. F'każijiet li jinvolvu l-forniment ta' servizzi meteoroloġiċi, l-approvazzjoni ta' l-Istati Membri konċernati għandha tkun rekwiżita jekk huma jkunu ħatru fornitur fuq bażi esklussiva skond l-Artikolu 9(1).

▼M1

Artikolu 11 Relazzjonijiet ma’ awtoritajiet militari

Artikolu 11

Relazzjonijiet ma’ awtoritajiet militari

Fil-kuntest tal-politika komuni għat-trasport, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li jiġu stabbiliti jew imġedda l-ftehim bil-miktub bejn l-awtoritajiet ċivili u militari kompetenti jew arranġamenti legali ekwivalenti fir-rigward tal-ġestjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru speċifiċi.

▼B

Artikolu 12 Trasparenza ta' kontijiet

Artikolu 12

Trasparenza ta' kontijiet

1.  Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, tkun xi tkun is-sistema ta' pussess tagħhom jew forma legali, għandhom jiktbu, jissottomettu lill-verifika u jippubblikaw il-kontijiet finanzjarji tagħhom. Dawn il-kontijiet għandhom jikkonformaw ma l-istandards internazzjonali ta' kontijiet addottati mill-Komunità. Fejn, minħabba l-istatus legali tal-fornitur ta' servizz, konformita sħiħa ma' l-istandards internazzjonali ta' kontijiet ma tkunx possibbli, l-fornitur għandu jagħmel sforz biex jikseb konformita tali sal-punt massimu possibbli.

2.  Fil-każijiet kollha, l-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru għandhom jippubblikaw rapport annwali u jgħaddu regolarment minn verifika indipendenti.

▼M1

3.  Meta jipprovdu għadd ta’ servizzi, il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru għandhom jidentifikaw u jniżżlu l-ispejjeż u d-dħul li ġej mis-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, elenkati skont l-iskema għat-talbiet ta’ ħlas għas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru msemmi fl-Artikolu 14 u, fejn ikun xieraq, għandhom jinżammu l-kontijiet konsolidati għal sevizzi oħra mhux ta’ navigazzjoni tal-ajru, kif ikunu meħtieġa jagħmlu jekk is-servizzi kkonċernati jkunu pprovduti minn impriżi separati.

▼B

4.  Stati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li għandhu jkollhom aċċess għall-kontijiet tal-fornituri ta' servizz li jipprovdu servizzi ġewwa l-ispazju ta' l-ajru taħt ir-responsabbilta tagħhom.

5.  Stati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet transizzjonali ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali ta' kontijiet ( 7 ) għall-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru li jaqgħu taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13 Aċċess għal u protezzjoni ta' data

Artikolu 13

Aċċess għal u protezzjoni ta' data

1.  Safejn għandu x'jaqsam it-traffiku ta' l-ajru ġenerali, data operazzjonali rilevanti għandha tkun skambjata f'ħin reali bejn il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, utenti ta' spazju ta' l-ajru u l-ajruporti kollha, biex ikunu faċilitati l-ħtiġiet operazzjonali tagħhom. Id-data għandha tkun użata biss għal għanijiet ta' operazzjoni.

2.  L-aċċess għal data ta' operazzjoni għandu jingħata lill-awtoritajiet proprji, fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru ċertifikati, utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u ajruporti fuq bażi non-diskriminatorja.

3.  Fornituri ta' servizz iċċertifikati, utenti ta' spazju ta' l-ajru u ajruporti għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet standard ta' aċċess għad-data operazzjonali relevanti tagħhom barra minn dik (dawk) li jirreferi għaliha l-paragrafu 1. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom jappruvaw kundizzjonijiet standard tali. Regoli dettaljati konnessi ma' tali kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti, fejn xieraq, skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3) tar-Regolament qafas.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0550
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.