+IL-KAPITLU IV DISPOSIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 17 Reviżjoni ta’ Annessi
---+Artikolu 18 Kunfidenzjalità
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
------+Article 18 3.
---+Artikolu 18a Reviżjoni
---+Artikolu 19 Dħul fis-seħħ
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.

IL-KAPITLU IV DISPOSIZZJONIJIET FINALI

IL-KAPITLU IV DISPOSIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 Reviżjoni ta’ Annessi

Artikolu 17

Reviżjoni ta’ Annessi

Miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tal-Anness sabiex jittieħed kont ta’ żviluppi tekniċi u operattivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament qafas.

F’każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament qafas.

Artikolu 18 Kunfidenzjalità

Artikolu 18

Kunfidenzjalità

1.  La l-awtoritjiet superviżorji nazzjonali, li jkunu qed jaġixxu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, u lanqas il-Kummissjoni ma għandhom jiżvelaw l-informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali, b’mod partikulari informazzjoni dwar il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru, ir-relazzjonijiet ta’ negozju jew il-komponenti tal-ispejjeż tagħhom.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-dritt ta’ żvelar mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jew mill-Kummissjoni fejn ikun essenzali għall-għanijiet biex jissodisfaw dmirijiethom, f’liema każ dan l-iżvelar għandu jkun proporzjonat u għandu jirrispetta l-interessi leġittimi tal-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti jew il-partijiet interessati rilevanti l-oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

3.  L-informazzjoni u d-data pprovduti skont l-iskema ta’ tariffi msemmija fl-Artikolu 14 għandhom jiġu żvelati pubblikament.

▼M1

Artikolu 18a Reviżjoni

Artikolu 18a

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta studju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-4 ta’ Diċembru 2012 filwaqt li tagħmel evalwazzjoni tal-impatti legali, soċjali, tas-sikurezza, tal-industrija, u tal-ekonomija tal-applikazzjonijiet tal-prinċipji tas-suq għall-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjoni, in-navigazzjoni, is-sorveljanza u l-informazzjoni ajrunawtika, meta mqabbel mal-prinċipji ta’ organizzazzjoni eżistenti jew alternattivi u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fil-blokok funzjonali tal-ispjazju tal-ajru fit-teknoloġija disponibbli.

▼B

Artikolu 19 Dħul fis-seħħ

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.  Madankollu, l-Artikli 7 u 8 għandhom jidħlu fis-seħħ sena wara l-pubblikazzjoni tar-rekwiżiti komuni, kif jirreferi l-Artikolu 6, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0550
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.