Artikolu 18a
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta studju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-4 ta’ Diċembru 2012 filwaqt li tagħmel evalwazzjoni tal-impatti legali, soċjali, tas-sikurezza, tal-industrija, u tal-ekonomija tal-applikazzjonijiet tal-prinċipji tas-suq għall-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjoni, in-navigazzjoni, is-sorveljanza u l-informazzjoni ajrunawtika, meta mqabbel mal-prinċipji ta’ organizzazzjoni eżistenti jew alternattivi u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fil-blokok funzjonali tal-ispjazju tal-ajru fit-teknoloġija disponibbli.
▼B