+Artikolu 7b Programm ta’ tikkettar
---+Article 7b 1.
---+Article 7b 2.

Artikolu 7b Programm ta’ tikkettar

Artikolu 7b

Programm ta’ tikkettar

1.  Kull bastiment tas-sajd li jipparteċipa fis-sajd esploratorju għandu jimplimenta programm ta’ tikkettar (tagging) kif ġej:

(a) individwi tad-Dissostichus spp. għandhom jiġu ttikkettati u meħlusa skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Programm u fil-Protokoll tat-Tikkettar tal-CCAMLR għad-Dissostichus spp. f’sajd esploratorju. Id-dgħajjes għandhom jieqfu mit-tikkettar biss wara li jkunu ttikkettaw 500 individwu, jew iħallu s-sajd wara li jkunu ttikkettaw id-Dissostichus spp. bir-rata speċifika;

(b) il-programm għandu jkun immirat għal individwi ta’ kull daqs sabiex tintlaħaq il-ħtieġa ta’ tikkettar; it-toothfish f’kundizzjoni tajba biss għandhom jiġu ttikkettati. L-individwi meħlusa kollha għandhom jiġu ttikkettati doppju u l-ħelsien għandu jkopri l-usa’ żona ġeografika possibbli; f’reġjuni fejn hemm iż-żewġ speċi ta’ Dissostichus, ir-rata ta’ tikkettar għandha tkun, sa fejn hu possibbli, proporzjonata għall-ispeċi u d-daqs tad-Dissostichus spp. preżenti fil-qabdiet;

(ċ) it-tikketti kollha għandhom ikunu stampati b’mod ċar b’numru tas-serje uniku u b’indirizz tas-sors sabiex l-oriġini tat-tikketti tkun tista’ tiġi ttraċċata mill-ġdid fil-każ li l-individwu ttikkettat jerġa’ jinqabad; mill-1 ta’ Settembru 2007 it-tikketti kollha għall-użu f’sajd esploratorju għandhom jiġu pprovduti mis-Segretarjat;

(d) kull individwi ttikkettat maqbud mill-ġdid (jiġifieri, ħut maqbud diġà tikkettat) m’għandux jinħeles mill-ġdid, anki jekk kien liberu għal perijodu qasir biss;

(e) l-individwi ttikkettati maqbuda mill-ġdid kollha għandu jittiħdilhom id-dettalji bijoloġiċi (it-tul, il-piż, is-sess, l-istadju gonadali), għandu jittieħed ritratt elettroniku tal-ħut li juri d-data, għandhom jiġu rkuprati l-otoliti u titneħħa t-tikketta;

(f) id-data kollha rilevanti tat-tikketta u kwalunkwe qbid mill-ġdid ta’ tikketti li jirreġistraw id-data għandhom jiġu rrapportati elettronikament fil-format CCAMLR lil CCAMLR fi żmien tliet xhur mit-tluq tad-dgħajsa minn dan is-sajd;

(g) id-data rilevanti kollha tat-tikketta, kwalunkwe qbid mill-ġdid ta’ tikketti li jirreġistraw id-data, u eżemplari maqbuda mill-ġdid għandhom jiġu rrapportati wkoll b’mod elettroniku fil-format CCAMLR fl-arkivju reġjonali tad-data mit-tikketti rilevanti kif imniżżel fil-Protokoll ta’ l-Ittikkettar tal-CCAMLR.

2.  Toothfish li huma ttikkettati u meħlusa m’għandhomx jinqatgħu mil-limiti tal-qabda.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 7b 1.

Each fishing vessel participating in the exploratory fisheries shall implement a tagging programme as follows:

(a) 

Dissostichus spp. individuals shall be tagged and released in accordance with the provisions set out in the CCAMLR Tagging Program and Protocol for Dissostichus spp. in exploratory fisheries. Vessels shall only discontinue tagging after they have tagged 500 individuals, or leave the fishery having tagged Dissostichus spp. at the specified rate;

(b) 

the programme shall target individuals of all sizes in order to meet the tagging requirement; only toothfish that are in good condition shall be tagged. All released individuals shall be double-tagged and releases shall cover as broad a geographical area as possible; in regions where both Dissostichus species occur, the tagging rate shall, to the extent possible, be in proportion to the species and size of Dissostichus spp. present in the catches;

(c) 

all tags shall be clearly imprinted with a unique serial number and a return address so that the origin of tags can be retraced in the case of recapture of the tagged individual; from 1 September 2007 all tags for use in an exploratory fishery shall be sourced from the Secretariat;

(d) 

all recaptured tagged individuals (i.e. fish caught with a previously inserted tag) shall not be re-released, even if they were at liberty for only a short period;

(e) 

all recaptured tagged individuals shall be biologically sampled (length, weight, sex, gonad stage), an electronic time-stamped photograph taken of the fish, the otoliths recovered and the tag removed;

(f) 

all relevant tag data and any data recording tag recaptures shall be reported electronically in the CCAMLR format to the CCAMLR within three months of the vessel departing these fisheries;

(g) 

all relevant tag data, any data recording tag recaptures and specimens from recaptures shall also be reported electronically in the CCAMLR format to the relevant regional tag data repository as detailed in the CCAMLR Tagging Protocol.

Article 7b 2.
Toothfish that is tagged and released shall not be counted against the catch limits.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2010 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0601
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.