+KAPITOLU II AĊĊESS GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI
---+Artikolu 3 Permess speċjali tas-sajd
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
------+Article 3 4.
------+Article 3 5.
------+Article 3 6.
---+Artikolu 4 Regoli ġenerali u mġieba
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
---+Artikolu 5 Aċċess għas-sajd tal-granċi
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
---+Artikolu 5a Notifiki ta’ intenzjoni ta’ parteċipazzjoni fis-sajd għall-krill
---+Artikolu 6 Aċċess għas-sajd ġdid
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
------+Article 6 4.
------+Article 6 5.
------+Article 6 6.
---+Artikolu 7 Aċċess għal sajd esploratorju
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
------+Article 7 3.
------+Article 7 4.
------+Article 7 5.
------+Article 7 6.
------+Article 7 7.
------+Article 7 8.
---+Artikolu 7a Ħtiġiet speċjali għas-sajd esploratorju
---+Artikolu 7b Programm ta’ tikkettar
------+Article 7b 1.
------+Article 7b 2.
---+Artikolu 8 Aċċess għal riċerka xjentifika
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
------+Article 8 5.
|
KAPITOLU II AĊĊESS GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI
KAPITOLU II AĊĊESS GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 Permess speċjali tas-sajd
|
Artikolu 3 Permess speċjali tas-sajd 1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità biss li jkollhom permess speċjali tas-sajd maħruġ mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom b'konformità tar-Regolament (KE) Nru 1627/94 (
8
) għandhom ikunu awtorizzati, skond il-kondizzjonijiet iddikjarati fil-permess, li jistadu, li jżommu abbord, li jagħmlu t-trasbord jew li jħottu l-art riżorsi tas-sajd miż-żona tal-Konvenzjoni.
▼M1
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, bi trażmissjoni bil-kompjuter, fi żmien tlett ijiem mid-data tal-ħruġ tal-permess imsemmi fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja li tikkonċerna d-dgħajsa koperta bil-permess:
(a) l-isem tad-dgħajsa konċernata;
(b) it-tip ta’ bastiment;
(d) in-numru IMO tad-dgħajsa (jekk maħruġ);
(f) il-bandiera preċedenti, jekk kien hemm;
(g) is-Sinjal ta’ Sejħa bir-Radju internazzjonali;
(h) l-isem u l-indirizz tas-sid(ien) tad-dgħajsa, u kwalunkwe sid(ien) benefiċjarju/i, jekk magħruf/a;
(i) ritratti bil-kulur tad-dgħajsa, li għandhom jikkonsistu minn:
(i) ritratt mhux iżgħar minn 12 × 7 ċm li juri n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa (starboard side), li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tagħha;
(ii) ritratt mhux iżgħar minn 12 × 7 ċm li juri n-naħa tax-xellug tad-dgħajsa (port side), li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tagħha;
(iii) ritratt mhux iżgħar minn 12 × 7 ċm li juri l-poppa, meħud direttament minn wara;
(j) il-perijodu li fih huwa awtorizzat li jistad fiż-żona tal-Konvenzjoni, bid-dati li fihom l-attivitajiet tas-sajd jibdew u jispiċċaw;
(k) iż-żona jew iż-żoni tas-sajd;
(n) il-miżuri meħuda sabiex jiżguraw it-tħaddim bla tbagħbis tat-tagħmir ta’ monitoraġġ bis-satellita installat abbord.
L-Istati Membri għandhom, safejn huwa prattikabbli, jgħaddu wkoll lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar id-dgħajjes awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-CCAMLR:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur, jekk differenti minn dak tas-sid(ien) tad-dgħajsa;
(b) l-ismijiet u n-nazzjonalità tal-kaptan u, fejn applikabbli, tal-kaptan tas-sajd;
(ċ) it-tip tal-metodu jew metodi ta’ sajd;
(d) il-wisa’ (ta’ l-aktar parti wiesgħa) (m);
(e) it-tunnellaġġ gross reġistrat;
(f) it-tip u n-numri tal-komunikazzjoni tad-dgħajsa (in-numri INMARSAT A, B u Ċ);
(g) l-għadd normali ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ;
(h) is-saħħa tal-magna jew magni prinċipali (kW);
(i) il-kapaċità tal-ġarr (tunnellati), numru ta’ stivi tal-ħut u l-kapaċità tagħhom (m3);
(j) kwalunkwe informazzjoni oħra (eż. klassifikazzjoni tas-silġ) meqjusa xierqa.
Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti tali informazzjoni mingħajr dewmien lis-Segretarjat tal-CCAMLR.
▼B
3. L-informazzjoni trasmessa lejn il-Kummissjoni mill-Istati Membri għandha tinkludi in-numru tar-reġistru intern tal-flotta kif hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 li jikkonċerna ir-reġistru tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità (
9
), flimkien mad-dettalji tal-port residenzali u ta' l-ismijiet tal-padrun jew tal-kerrej tad-dgħajjsa, u għandha tkun akkumpanjata bin-notifika li l-kaptan tad-dgħajjsa ikun ġie infurmat bil-miżuri fis-seħħ għaż-żona jew iż-żoni li fihom id-dgħajjsa tkun sejra tista fiż-żona tal-Konvenzjoni. 4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu applikabbli, bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8. 5. L-Istati Membri m'għandhomx joħorġu permess speċjali tas-sajd lid-dgħajjes li jkollhom l-intenzjoni li jinvolvu rwieħhom fis-sajd bil-konz fit-tul ġewwa ż-żona tal-Konvenzjoni li ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3), it-tieni paragrafu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi applikabli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta bil-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku (
10
). 6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
|
|
Artikolu 4 Regoli ġenerali u mġieba
|
Artikolu 4 Regoli ġenerali u mġieba 1. Il-permessi speċjali tas-sajd, referuti fl-Artikolu 3, jew kopja awtentikata tagħhom, għandhom jkun miżmuma abbord id-dgħajjes tas-sajd u għandhom ikunu disponibli fi kwalunkwe ħin għall-ispezzjoni mill-ispettur CCAMLR. 2. Kull Stat Membru għandu jassigura li d-dgħajjes tas-sajd kollha tal-Komunità li jtajjru il-bandiera tiegħu għandhom jinnotifikawh bid-dħul u bil-ħruġ mill-portijiet kollha, bid-dħul u bil-ħruġ tagħhom miż-żona tal-Konvenzjoni u bil-movimenti tagħhom bejn is-subżoni u d-diviżjonijiet ta' l-istatistika tal-FAO.
▼M1
3. Kull Stat Membru għandu jivverifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mad-data li tkun waslet permezz tas-sistemi VMS li jitħaddmu abbord dgħajjes tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera tiegħu. Hu għandu jittrażmetti d-data VMS lis-Segretarjat tas-CCAMLR bi trażmissjoni bil-kompjuter fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħha, b’ mod kunfidenzjali skond ir-regoli tal-kunfidenzjalità stabbiliti mis-CCAMLR.
▼B
4. Fil-każ ta' ħsara teknika tas-sistema tal-VMS abbord dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika malajr kemm jista jkun possibli lill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, bl-isem tad-dgħajjsa, u il-ħin, id-data u l-posizzjoni tad-dgħajjsa meta is-sistema VMS tkun waqqfet milli topera. Malli s-sistema VMS terġa tkun operazzjonali, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma b'dan mingħajr dewmien lill-CCAMLR.
|
|
Artikolu 5 Aċċess għas-sajd tal-granċi
|
Artikolu 5 Aċċess għas-sajd tal-granċi 1. L-Istati Membri tal-Bandiera għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni ta' dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità li tistad għall-granċi fis-subżona 48.3 tal-istatistika FAO. In-notifika għandha ssir erba' xhur bil-quddiem tad-data stabbilita għall-bidu tas-sajd u għandha tinkludi in-numru intern tar-reġistru tal-flotta u l-pjan ta' riċerka u sajd dwar id-dgħajjsa ikkonċernata. 2. Il-Kummissjoni għandha teżamina in-notifika, tivverifika li din tkun konformi mar-regoli applikabbli u tinforma lill-Istat Membru bis-sejbiet tagħha. L-Istat Membru għandu joħroġ permess speċjali tas-sajd mal-wassla tas-sejbiet tal-Kummissjoni jew fi żmien 10 tijiem utili mid-data tan-notifika tas-sejbiet. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-CCAMLR kif xieraq, mhux aktar tard minn tlett xhur bil-quddiem tad-data stabbilita għall-bidu tas-sajd. 3. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
▼M1
|
|
Artikolu 5a Notifiki ta’ intenzjoni ta’ parteċipazzjoni fis-sajd għall-krill
|
Artikolu 5a Notifiki ta’ intenzjoni ta’ parteċipazzjoni fis-sajd għall-krill Il-Partijiet Kontraenti kollha li bi ħsiebhom jistadu għall-krill fiż-żona tal-Konvenzjoni għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat bl-intenzjoni tagħhom mhux inqas minn xhur minn qabel il-laqgħa annwali regolari tal-CCAMLR, immedjatament qabel l-istaġun li fih bi ħsiebhom jistadu.
▼B
|
|
Artikolu 6 Aċċess għas-sajd ġdid
|
Artikolu 6 Aċċess għas-sajd ġdid 1. Sajd f'tip ta' sajd ġdid fiż-żona tal-Konvenzjoni għandu jkun ipprojbit apparti minn meta ikunu ġie awtorizzat bi qbil mal-paragrafi 2 sa 5. 2. Dawk id-dgħajjes biss li huma mgħammra u konfigurati hekk jistgħu ikunu konformi mal-miżuri kollha tal-konservazzjoni adottati mill-CCAMLR għandhom ikunu eliġibbli sabiex jipparetċipaw f'tip ta' sajd ġdid. Dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU tal-CCAMLR referuta fl-Artikolu 29 m'għandhomx ikunu eliġibli li jipparteċipaw f'tip ta' sajd ġdid.
▼M1
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba’ xhur minn qabel il-laqgħa annwali tal-CCAMLR bl-intenzjoni ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li jiżviluppa sajd ġdid fiż-żona tal-Konvenzjoni. L-Istat Membru m’għandux jibda sajd ġdid sakemm jitwettaq il-proċess stabbilit mis-CCAMLR, għall-eżaminazzjoni tas-sajd. In-notifika għandha tkun akkumpanjata b’kemm jista’ jkun mill-informazzjoni li ġejja li l-Istat Membru jista’ jipprovdi:
(a) in-natura tas-sajd propost, inklużi l-ispeċi mmirati, il-metodi ta’ sajd, ir-reġjun propost u kwalunkwe livell minimu ta’ qabdiet meħtieġa sabiex jiġi żviluppat sajd vijabbli;
(b) informazzjoni bijoloġika minn kruċieri ta’ riċerka/stħarriġ komprensivi, bħal distribuzzjoni, abbundanza, data dwar il-popolazzjoni u informazzjoni dwar l-identità tal-ħażniet;
(ċ) dettalji ta’ speċi dipendenti u assoċjati u l-possibbiltà li tali speċi jiġu affettwati bi kwalunkwe mod bis-sajd propost;
(d) informazzjoni minn sajd ieħor fir-reġjun jew sajd simili x’imkien ieħor li jista’ jassisti fl-evalwazzjoni tal-potenzjal tal-qabda;
(e) jekk is-sajd propost ikollu jsir permezz tat-tagħmir ta’ tartarun tal-qiegħ, informazzjoni dwar l-impatti magħrufa u antiċipati ta’ dan it-tagħmir fuq ekosistemi tal-baħar vulnerabbli, inklużi l-ispeċi li jgħixu fil-qiegħ u l-komunitajiet tagħhom.
▼B
4. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lejn il-CCAMLR għall-konsiderazzjoni l-informazzjoni ipprovduta bi qbil mal-paragrafu 3, flimkien ma xi informazzjoni relevanti oħra li tkun għad-disposizzjoni tagħha. 5. Meta il-CCAMLR tapprova tip ta' sajd ġdid, dak it-tip ta' sajd għandu jkun awtorizzat:
(a) mill-Kummuissjoni fil-każi meta il-CCAMLR ma tkunx adottat xi mużura ta' konservazzjoni f'dak li jirrigwardja t-tip ta' sajd ġdid, jew
(b) mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, fil-każi l-oħrajn kollha.
6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
|
|
Artikolu 7 Aċċess għal sajd esploratorju
|
Artikolu 7 Aċċess għal sajd esploratorju 1. Sajd esploratorju fiż-żona tal-Konvenzjoni għandu jkun ipprojbit apparti minn meta ikunu ġie awtorizzat bi qbil mal-paragrafi 2 sa 7. 2. Dawk id-dgħajjes biss li huma mgħammra u konfigurati hekk jistgħu ikunu konformi mal-miżuri kollha tal-konservazzjoni adottati mill-CCAMLR għandhom ikunu eliġibbli sabiex jipparteċipaw fis-sajd esploratorju. Dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU tal-CCAMLR referuta fl-Artikolu 29 m'għandhomx ikunu eliġibli li jipparteċipaw fis-sajd esploratorju. 3. Kull Stat Membru li jipparteċipa fis-sajd esploratorju jew li jkollu l-intenzjoni li jawtorizza dgħajjsa li tipparteċipa f'tali sajd, għandu jħejji pjan ta' l-operazzjonijiet tar-riċerka u tas-sajd li huwa għandu jitrasmetti direttament lill-CCAMLR qabel id-data stabbilita mill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni. Il-pjan għandu jkun fih kemm jista jkun mill-informazzjoni li ġejja bħal ma l-Istat Membru jkun kapaċi li jipprovdi:
(a) deskrizzjoni ta' kif l-attivitajiet tal-Istat Membru ikunu konformi mal-pjan tal-ġbir tad-data żviluppata mill-Kumitat Xjentifiku tal-CCAMLR;
(b) in-natura tas-sajd esploratorju, inklużi l-ispeċje immirati, il-metodi tas-sajd, ir-reġjun proponut u l-livelli massimi tal-qbid ipproponuti għall-istaġun li jkun imiss;
(ċ) informazzjoni bioloġika minn kruċiera komprensiva ta' riċerka/stħarriġ, bħal ma hija d-distribuzzjoni, l-abundanza, il-popolazzjoni, id-data u l-informazzjoni dwar l-identità tal-ħażniet;
(d) dettalji tal-ispeċje dipendenti u assoċċjati u l-probbabbilità li tali speċje jkunu affettwati bi kwalunkwe mod possibbli bis-sajd proponut;
(e) informazzjoni minn sajd f'reġunji oħrajn jew sajd simili x'imkien ieħor li jista jgħin fl-evalwazzjoni tal-qabda potenzali.
4. Kull Stat Membru li jipparteċipa fis-sajd esploratorju għandu jippreżenta ta' kull sena lill-CCAMLR, b'kopja lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien mifthiem mal-CCAMLR id-data speċifikata fil-pjan tal-ġbir ta' data li jkun żvilippat mill-Kumitat Xjentifiki dwar is-sajd ikkonċernat. Meta d-data speċifikata fil-pjan tal-ġbir tad-data ma tkunx ġiet ippreżentata lill-CCAMLR dwar l-istaġun l-aktar reċenti li fiħ kien seħħ is-sajd, it-tkomplija tas-sajd esploratorju mill-Istat Membru li jkun naqas milli jippreżenta id-data tiegħu għandu jkun ipprojbit sakemm id-data relevanti tkun ġiet fornuta lill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, u il-Kumitat Xjentifiku CCAMLR ikun ingħata l-opportunità li jirrevedi d-data. 5. Qabel ma Stat Membru jawtorizza lid-dgħajjes tiegħu sabiex jipparteċipaw f'said esploratorju li diġa jkun iseħħ, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-CCAMLR mhux anqas min tlett xhur bil-quddiem tal-laqgħa annwali tal-CCAMLR. L-Istat Membru li jwettaq in-notifika m'għandux jawtorizza lid-dgħajjes tiegħu sabiex jipparteċipaw f'sajd esploratorju sakemm ikun hemm il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa. 6. L-isem, it-tip, id-daqs, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-call-sign tar-radju għal kull dgħajjsa li tipparteċipa fis-sajd esploratorju għandhom ikunu notifikati direttament mill-Istat Membru lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, mill-anqas tlett xhur bil-quddiem tal-bidu ta' kull vjaġġ tas-sajd. 7. Il-kapaċità tas-sajd u l-isforz għandhom ikunu suġġetti għal-limitu stabbilit fl-livell li ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ sabiex tkun akkwistata l-informazzjoni speċifikata fil-pjan tal-ġbir tad-data u li jkun meħtieġ li jagħmel l-evalwazzjonijiet referuti fl-Artikolu 2(f). 8. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
▼M1
|
|
Artikolu 7a Ħtiġiet speċjali għas-sajd esploratorju
|
Artikolu 7a Ħtiġiet speċjali għas-sajd esploratorju Dgħajjes tas-sajd li jipparteċipaw f’sajd esploratorju għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġiet addizzjonali li ġejjin:
(a) id-dgħajjes għandhom ikunu pprojbiti milli jarmu:
(i) prodotti ta’ żejt jew karburant jew residwi żejtnija fil-baħar, ħlief kif permess fl-Anness I mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġiż minn Bastimenti (MARPOL 73/78);
(iii) skart ta’ l-ikel li ma jgħaddix minn għarbiel b’toqob mhux akbar minn 25 mm;
(iv) tajr tar-razzett jew partijiet tagħhom (inkluż qxur tal-bajd);
(v) drenaġġ ’il ġewwa minn 12-il mil nawtiku minn blat maħruġ ’il barra ta’ art jew silġ, jew drenaġġ waqt li d-dgħajsa tkun tbaħħar b’veloċità ta’ inqas minn 4 mili tal-baħar (knots); jew
(b) ebda tajr ħaj tar-razzett jew tajr ħaj ieħor m’għandu jiddaħħal fis-Subżoni 88.1 u 88.2 u kwalunkwe tajr tar-razzett ipproċessat mhux mittiekel għandu jitneħħa mis-Subżoni 88.1 u 88.2;
(ċ) is-sajd għad-Dissostichus spp. fis-Subżoni 88.1 u 88.2 għandu jiġi pprojbit ’il ġewwa minn 10 mili nawtiċi mill-kosta tal-Gżejjer Balleny.
|
|
Artikolu 7b Programm ta’ tikkettar
|
Artikolu 7b Programm ta’ tikkettar 1. Kull bastiment tas-sajd li jipparteċipa fis-sajd esploratorju għandu jimplimenta programm ta’ tikkettar (tagging) kif ġej:
(a) individwi tad-Dissostichus spp. għandhom jiġu ttikkettati u meħlusa skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Programm u fil-Protokoll tat-Tikkettar tal-CCAMLR għad-Dissostichus spp. f’sajd esploratorju. Id-dgħajjes għandhom jieqfu mit-tikkettar biss wara li jkunu ttikkettaw 500 individwu, jew iħallu s-sajd wara li jkunu ttikkettaw id-Dissostichus spp. bir-rata speċifika;
(b) il-programm għandu jkun immirat għal individwi ta’ kull daqs sabiex tintlaħaq il-ħtieġa ta’ tikkettar; it-toothfish f’kundizzjoni tajba biss għandhom jiġu ttikkettati. L-individwi meħlusa kollha għandhom jiġu ttikkettati doppju u l-ħelsien għandu jkopri l-usa’ żona ġeografika possibbli; f’reġjuni fejn hemm iż-żewġ speċi ta’ Dissostichus, ir-rata ta’ tikkettar għandha tkun, sa fejn hu possibbli, proporzjonata għall-ispeċi u d-daqs tad-Dissostichus spp. preżenti fil-qabdiet;
(ċ) it-tikketti kollha għandhom ikunu stampati b’mod ċar b’numru tas-serje uniku u b’indirizz tas-sors sabiex l-oriġini tat-tikketti tkun tista’ tiġi ttraċċata mill-ġdid fil-każ li l-individwu ttikkettat jerġa’ jinqabad; mill-1 ta’ Settembru 2007 it-tikketti kollha għall-użu f’sajd esploratorju għandhom jiġu pprovduti mis-Segretarjat;
(d) kull individwi ttikkettat maqbud mill-ġdid (jiġifieri, ħut maqbud diġà tikkettat) m’għandux jinħeles mill-ġdid, anki jekk kien liberu għal perijodu qasir biss;
(e) l-individwi ttikkettati maqbuda mill-ġdid kollha għandu jittiħdilhom id-dettalji bijoloġiċi (it-tul, il-piż, is-sess, l-istadju gonadali), għandu jittieħed ritratt elettroniku tal-ħut li juri d-data, għandhom jiġu rkuprati l-otoliti u titneħħa t-tikketta;
(f) id-data kollha rilevanti tat-tikketta u kwalunkwe qbid mill-ġdid ta’ tikketti li jirreġistraw id-data għandhom jiġu rrapportati elettronikament fil-format CCAMLR lil CCAMLR fi żmien tliet xhur mit-tluq tad-dgħajsa minn dan is-sajd;
(g) id-data rilevanti kollha tat-tikketta, kwalunkwe qbid mill-ġdid ta’ tikketti li jirreġistraw id-data, u eżemplari maqbuda mill-ġdid għandhom jiġu rrapportati wkoll b’mod elettroniku fil-format CCAMLR fl-arkivju reġjonali tad-data mit-tikketti rilevanti kif imniżżel fil-Protokoll ta’ l-Ittikkettar tal-CCAMLR.
2. Toothfish li huma ttikkettati u meħlusa m’għandhomx jinqatgħu mil-limiti tal-qabda.
▼B
|
|
Artikolu 8 Aċċess għal riċerka xjentifika
|
Artikolu 8 Aċċess għal riċerka xjentifika 1. L-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom ikollhom l-intezjoni li jwettqu riċerka xjentifika meta l-estimi tal-qabda jkun mistenni li jkun anqas minn 50 tunnellata, inklużi mhux aktar minn 10 tunnellati ta' Dissostichus spp., u anqas minn 0,1 % ta' limitu ta' qabda partikolari ta' krill, klamari u granċi, għandu jippreżenta direttamenti lill-CCAMLR, b'kopja lill-Kummissjoni, ta' l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-isem tad-dgħajjsa ikkonċernata;
(b) il-marka esterna ta' l-identifikazzjoni tagħha;
(ċ) id-diviżjoni u s-subżoni li fihom ir-riċerka għandha tkun imwettqa;
(d) l-estimi tad-dati tad-dħul u tal-ħruġ miż-żona tal-Konvenzjoni;
(f) it-tgħammir tas-sajd li aktarx li jkun użat.
2. Id-dgħajjes tal-Komunità referuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżentati mill-miżuri tal-konservazzjoni li jirrigwardjaw id-daqs tat-toqob tax-xbieki, projbizzjonijiet tat-tipi ta' l-apparat, iż-żoni magħluqa, l-istaġuni tas-sajd u l-limiti tal-daqsijiet, il-ħtiġiet tas-sistema tar-rapportaġġ apparti minn dawk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 9(6), u l-Artikolu 16(1). 3. L-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom ikollhom l-intenzjoni li jwettqu riċerka xjentifika li fiha l-estimi tal-qabda totali jkunu mistennija li jkunu aktar minn 50 tunnellata, jew aktar minn 10 tunnellatai ta' Dissostichus spp., jew aktar minn 0,1 % ta' limitu ta' qabda partikolari għall-krill, klamari u granċijiet, għandu jippreżenta lejn il-CCAMLR għal reviżjoni, b'kopja lejn il-Kummissjoni, tal-programm tar-riċerka bi qbil mal-linji ta' gwida standardizzati u tal-formati adottati mill-Kumitat Xjentifiku tal-CCAMLR, minn anqas sitt xhur bil-quddiem tad-data ippjanata tal-bidu tar-riċerka. Is-sajd ippjanat għal skopijiet tar-riċerka m'għandux jipproċiedi sakem il-proċess ta' reviżjoni jkun twettaq kollu mill-CCAMLR u d-deċiżjoni tagħha tkun ġiet notifikata. 4. L-Istati Membri għandhom iressqu rapport lejn il-CCAMLA, b'kopja lejn il-Kummissjoni, ta' l-informazzjoni tal-qabda u tal-isforz li jirriżultaw minn xi riċerka xjentifika suġġetta għall-paragrafi 1, 2 u 3. Sommarju tar-riżultati għandu jkun ipprovdut mill-Istat Membru lejn il-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, fi żmien 180 jum mid-data tat-twettieq tat-riċerka. Rapport sħiħ tar-riżultati tar-riċerka għandu jkun ipprovdut mill-Istat Membru lejn il-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, fi żmien 12 il-xahar mid-data tat-twettieq tat-riċerka. 5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2010 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0601
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|